|
+Artikolu 99 1. |
Artikolu 99 1.Meta funzjonijiet ta' salvagwardja jkunu ġew delegati kompletament jew parzjalment lil parti terza, depożitarju għandu jiżgura li l-parti terza li lilha jkunu ġew iddelegati l-funzjonijiet ta' salvagwardja skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE, taġixxi skont l-obbligu tas-segregazzjoni stabbilit fil-punt (iii) tal-Artikolu 21(11)(d) ta' din id-Direttiva, filwaqt li jiżgura u jivverifika li l-parti terza:
(a)
tirreġistra kif suppost ir-rekords tal-istrumenti finanzjarji kollha identifikati fil-kont ta' strumenti finanzjarji, li jinfetaħ fil-kotba tal-parti terza, sabiex iżomm f'kustodja l-istrumenti finanzjarji għall-klijenti tad-depożitarju, li jeskludi l-istrumenti finanzjarji tad-depożitarji u tal-parti terza u tal-klijenti l-oħra tal-parti terza, biex id-depożitarju jkun jista' jqabbel il-kwantità ta' strumenti finanzjarji identifikati rreġistrati fil-kontijiet miftuħa fil-kotba tad-depożitarju f'isem kull wieħed mill-klijenti tal-AIF tiegħu jew f'isem l-AIFM li jaġixxi f'isem l-AIF;
(b)
iżżomm ir-rekords u l-kontijiet tal-istrumenti finanzjarji kollha meħtieġa biex id-depożitarju jkun jista' f'kull ħin u mingħajr dewmien jiddistingwi l-assi tal-klijenti tad-depożitarju mill-assi proprji tal-parti terza, l-assi tal-klijenti l-oħra tal-parti terza u l-assi miżmuma għad-depożitarju f'ismu stess;
(c)
iżżomm rekords u kontijiet ta' strumenti finanzjarji b'mod li jiżgura l-preċiżjoni tagħhom, u b'mod partikolari li l-korrispondenza tagħhom għall-assi jinżammu sikuri, għall-klijenti AIF tad-depożitarju u li abbażi tagħhom id-depożitarju jkun jista' f'kull ħin jistabbilixxi n-natura preċiża, il-pożizzjoni u l-istatus tas-sjieda ta' dawk l-assi;
(d)
tipprovdi lid-depożitarju b'dikjarazzjoni, fuq bażi regolari, u fi kwalunkwe każ kull darba li sseħħ xi bidla fiċ-ċirkostanzi, waqt li tagħti dettalji dwar l-assi tal-klijenti AIF tad-depożitarju;
(e)
twettaq rikonċiljazzjonijiet, ta' spiss kemm ikun meħtieġ, bejn il-kontijiet tal-istrumenti finanzjarji tagħha u r-rekords interni u dawk tal-parti terza li lilha tkun iddelegat il-funzjonijiet ta' salvagwardja skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE. Il-frekwenza tar-rikonċiljazzjoni għandha tiġi determinata f'konformità mal-Artikolu 89(1);
(f)
tintroduċi arranġamenti organizzazzjonali adegwati biex timminimizza r-riskju ta' telf jew ta' tnaqqis fl-istrumenti finanzjarji, jew ta' drittijiet marbuta ma' dawk l-istrumenti finanzjarji minħabba użu ħażin tal-istrumenti finanzjarji, frodi, amministrazzjoni ħażina, żamma ta' records inadegwata jew negliġenza;
(g)
meta l-parti terza tkun entità msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2006/73/KE, li tkun soġġetta għal regolamentazzjoni u superviżjoni prudenzjali effikaċi li għandhom l-istess effett bħal-liġi tal-Unjoni u jkunu infurzati b'mod effikaċi, id-depożitarju għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-flus tal-AIF jinżammu f'kont jew f'kontijiet skont l-Artikolu 21(7) tad-Direttiva 2011/61/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|