+Artikolu 99 Obbligu ta’ segregazzjoni
---+Artikolu 99 1.
---+Artikolu 99 2.
---+Artikolu 99 2a.
---+Artikolu 99 3.
|
Artikolu 99 Obbligu ta’ segregazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 99 1.
|
Meta funzjonijiet ta' salvagwardja jkunu ġew delegati kompletament jew parzjalment lil parti terza, depożitarju għandu jiżgura li l-parti terza li lilha jkunu ġew iddelegati l-funzjonijiet ta' salvagwardja skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE, taġixxi skont l-obbligu tas-segregazzjoni stabbilit fil-punt (iii) tal-Artikolu 21(11)(d) ta' din id-Direttiva, filwaqt li jiżgura u jivverifika li l-parti terza:
(a)
tirreġistra kif suppost ir-rekords tal-istrumenti finanzjarji kollha identifikati fil-kont ta' strumenti finanzjarji, li jinfetaħ fil-kotba tal-parti terza, sabiex iżomm f'kustodja l-istrumenti finanzjarji għall-klijenti tad-depożitarju, li jeskludi l-istrumenti finanzjarji tad-depożitarji u tal-parti terza u tal-klijenti l-oħra tal-parti terza, biex id-depożitarju jkun jista' jqabbel il-kwantità ta' strumenti finanzjarji identifikati rreġistrati fil-kontijiet miftuħa fil-kotba tad-depożitarju f'isem kull wieħed mill-klijenti tal-AIF tiegħu jew f'isem l-AIFM li jaġixxi f'isem l-AIF;
(b)
iżżomm ir-rekords u l-kontijiet tal-istrumenti finanzjarji kollha meħtieġa biex id-depożitarju jkun jista' f'kull ħin u mingħajr dewmien jiddistingwi l-assi tal-klijenti tad-depożitarju mill-assi proprji tal-parti terza, l-assi tal-klijenti l-oħra tal-parti terza u l-assi miżmuma għad-depożitarju f'ismu stess;
(c)
iżżomm rekords u kontijiet ta' strumenti finanzjarji b'mod li jiżgura l-preċiżjoni tagħhom, u b'mod partikolari li l-korrispondenza tagħhom għall-assi jinżammu sikuri, għall-klijenti AIF tad-depożitarju u li abbażi tagħhom id-depożitarju jkun jista' f'kull ħin jistabbilixxi n-natura preċiża, il-pożizzjoni u l-istatus tas-sjieda ta' dawk l-assi;
(d)
tipprovdi lid-depożitarju b'dikjarazzjoni, fuq bażi regolari, u fi kwalunkwe każ kull darba li sseħħ xi bidla fiċ-ċirkostanzi, waqt li tagħti dettalji dwar l-assi tal-klijenti AIF tad-depożitarju;
(e)
twettaq rikonċiljazzjonijiet, ta' spiss kemm ikun meħtieġ, bejn il-kontijiet tal-istrumenti finanzjarji tagħha u r-rekords interni u dawk tal-parti terza li lilha tkun iddelegat il-funzjonijiet ta' salvagwardja skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE.
Il-frekwenza tar-rikonċiljazzjoni għandha tiġi determinata f'konformità mal-Artikolu 89(1);
(f)
tintroduċi arranġamenti organizzazzjonali adegwati biex timminimizza r-riskju ta' telf jew ta' tnaqqis fl-istrumenti finanzjarji, jew ta' drittijiet marbuta ma' dawk l-istrumenti finanzjarji minħabba użu ħażin tal-istrumenti finanzjarji, frodi, amministrazzjoni ħażina, żamma ta' records inadegwata jew negliġenza;
(g)
meta l-parti terza tkun entità msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2006/73/KE, li tkun soġġetta għal regolamentazzjoni u superviżjoni prudenzjali effikaċi li għandhom l-istess effett bħal-liġi tal-Unjoni u jkunu infurzati b'mod effikaċi, id-depożitarju għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-flus tal-AIF jinżammu f'kont jew f'kontijiet skont l-Artikolu 21(7) tad-Direttiva 2011/61/UE.
|
|
Artikolu 99 2.
|
Meta depożitarju jkun iddelega l-funzjonijiet tiegħu ta’ kustodja lil parti terza skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE, il-monitoraġġ tal-konformità tal-parti terza mal-obbligi tagħha ta’ segregazzjoni għandu jiżgura li l-istrumenti finanzjarji li jappartjenu lill-klijenti tiegħu huma protetti minn kwalunkwe insolvenza ta’ dik il-parti terza. Jekk, skont il-liġi applikabbli, inkluż b’mod partikolari l-liġi dwar il-proprjetà jew l-insolvenza, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 mhumiex biżżejjed biex jintlaħaq dak l-għan, id-depożitarju għandu jivvaluta liema arranġamenti addizzjonali jridu jsiru sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ telf u jinżamm standard adegwat ta’ protezzjoni.
|
|
Artikolu 99 2a.
|
Meta depożitarju jiddelega l-funzjonijiet tiegħu ta' kustodja lil parti terza li tinsab f'pajjiż terz, f'konformità mal-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE, flimkien mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, id-depożitarju għandu jiżgura dan li ġej:
(a)
id-depożitarju jirċievi parir legali minn persuna fiżika jew ġuridika indipendenti li tikkonferma li l-liġi applikabbli dwar l-insolvenza tirrikonoxxi dan li ġej:
(i)
is-segregazzjoni tal-assi tal-klijenti tad-depożitarju mill-assi proprji tal-parti terza, mill-assi tal-klijenti l-oħra tal-parti terza u mill-assi miżmuma mill-parti terza f'isem id-depożitarju stess;
(ii)
l-assi tal-klijenti AIF tad-depożitarju ma jiffurmawx parti mill-patrimonju tal-parti terza f'każ ta' insolvenza;
(iii)
l-assi tal-klijenti AIF tad-depożitarju ma jkunux disponibbli għad-distribuzzjoni jew għar-realizzazzjoni għall-benefiċċju tal-kredituri tal-parti terza li lilha jkunu ġew delegati funzjonijiet ta' kustodja skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(b)
il-parti terza tieħu l-passi li ġejjin:
(i)
tiżgura li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jiġu ssodisfati waqt il-konklużjoni tal-kuntratt ta' delega mad-depożitarju kif ukoll fuq bażi kontinwa għat-tul kollu tad-delega;
(ii)
tinforma minnufih lid-depożitarju kull fejn xi waħda mill-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (b) ma tiġix issodisfata;
(iii)
tinforma lid-depożitarju dwar kull bidla fil-liġi dwar l-insolvenza applikabbli u dwar l-applikazzjoni effettiva tagħha.
|
|
Artikolu 99 3.
|
Il-paragrafi 1, 2 u 2a għandhom japplikaw mutatis mutandis meta l-parti terza, li lilha jkunu ġew iddelegati l-funzjonijiet ta' salvagwardja skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE, tiddeċiedi li tiddelega l-funzjonijiet tagħha ta' salvagwardja kollha jew parti minnhom lil parti terza oħra skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|