+Artikolu 99 2a.

Artikolu 99 2a.

Meta depożitarju jiddelega l-funzjonijiet tiegħu ta' kustodja lil parti terza li tinsab f'pajjiż terz, f'konformità mal-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE, flimkien mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, id-depożitarju għandu jiżgura dan li ġej:

(a) 

id-depożitarju jirċievi parir legali minn persuna fiżika jew ġuridika indipendenti li tikkonferma li l-liġi applikabbli dwar l-insolvenza tirrikonoxxi dan li ġej:

(i) 

is-segregazzjoni tal-assi tal-klijenti tad-depożitarju mill-assi proprji tal-parti terza, mill-assi tal-klijenti l-oħra tal-parti terza u mill-assi miżmuma mill-parti terza f'isem id-depożitarju stess;

(ii) 

l-assi tal-klijenti AIF tad-depożitarju ma jiffurmawx parti mill-patrimonju tal-parti terza f'każ ta' insolvenza;

(iii) 

l-assi tal-klijenti AIF tad-depożitarju ma jkunux disponibbli għad-distribuzzjoni jew għar-realizzazzjoni għall-benefiċċju tal-kredituri tal-parti terza li lilha jkunu ġew delegati funzjonijiet ta' kustodja skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(b) 

il-parti terza tieħu l-passi li ġejjin:

(i) 

tiżgura li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jiġu ssodisfati waqt il-konklużjoni tal-kuntratt ta' delega mad-depożitarju kif ukoll fuq bażi kontinwa għat-tul kollu tad-delega;

(ii) 

tinforma minnufih lid-depożitarju kull fejn xi waħda mill-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (b) ma tiġix issodisfata;

(iii) 

tinforma lid-depożitarju dwar kull bidla fil-liġi dwar l-insolvenza applikabbli u dwar l-applikazzjoni effettiva tagħha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.