+Artikolu 100 Telf ta’ strument finanzjarju miżmum f’kustodja
---+Artikolu 100 1.
---+Artikolu 100 2.
---+Artikolu 100 3.
---+Artikolu 100 4.
---+Artikolu 100 5.
|
Artikolu 100 Telf ta’ strument finanzjarju miżmum f’kustodja
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 100 1.
|
Għandu jitqies li jkun seħħ telf ta’ strument finanzjarju miżmum f’kustodja skont it-tifsira tal-Artikolu 21(12) tad-Direttiva 2011/61/UE meta, f’relazzjoni ma’ strument finanzjarju miżmuma f’kustodja mid-depożitarju jew minn parti terza għand min tkun ġiet iddelegata l-kustodja ta’ strumenti finanzjarji, tkun issodisfata kwalunkwe kundizzjoni minn dawn:
(a)
dritt iddikjarat ta’ sjieda tal-AIF jiġi pprovat li mhuwiex validu minħabba li jew ma baqax jeżisti jew qatt ma eżista;
(b)
l-AIF ġie definittivament imċaħħad mid-dritt tiegħu ta’ sjieda tal-istrument finanzjarju;
(c)
l-AIF ikun definittivament inkapaċi jiddisponi direttament jew indirettament mill-istrument finanzjarju.
|
|
Artikolu 100 2.
|
L-aċċertazzjoni mill-AIFM tat-telf ta’ strument finanzjarju għandha ssegwi proċess dokumentat faċilment disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti. Ladarba telf jiġi aċċertat, għandu jkun notifikat immedjatament lill-investituri f’mezz durabbli.
|
|
Artikolu 100 3.
|
Strument finanzjarju miżmum f’kustodja ma għandux jitqies mitluf skont it-tifsira tal-Artikolu 21(12) tad-Direttiva 2011/61/UE fejn l-AIF ikun definittivament imċaħħad mid-dritt tiegħu ta’ sjieda fir-rigward ta’ strument partikolari, iżda dan l-istrument jiġi ssostitwit minn jew ikkonvertit fi strument jew strumenti finanzjarji oħra.
|
|
Artikolu 100 4.
|
Fil-każ ta’ insolvenza tal-parti terza għand min tkun ġiet iddelegata l-kustodja ta’ strumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja, it-telf ta’ strument finanzjarju miżmum f’kustodja għandu jiġi aċċertata mill-AIFM hekk kif waħda mill-kondizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1 tintlaħaq b’ċertezza. Għandu jkun hemm ċertezza dwar jekk kwalunkwe kondizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 hijiex issodisfata mhux aktar tard minn tmiem il-proċedimenti tal-insolvenza. L-AIFM u d-depożitarju għandhom jimmonitorjaw mill-qrib il-proċedimenti ta’ insolvenza biex jiddeterminaw jekk l-istrumenti finanzjarji kollha, jew uħud minnhom, fdati għand parti terza għand min tkun ġiet iddelegata l-kustodja ta’ strumenti finanzjarji jkunux effettivament intilfu.
|
|
Artikolu 100 5.
|
Telf ta’ strument finanzjarju miżmum f’kustodja għandu jiġi aċċertat irrispettivament minn jekk il-kondizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1 humiex ir-riżultat ta’ frodi, negliġenza jew imġiba intenzjonali jew mhux intenzjonali oħra.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|