+Artikolu 106 Tibdiliet materjali
---+Artikolu 106 1.
---+Artikolu 106 2.
---+Artikolu 106 3.
---+Artikolu 106 4.
|
Artikolu 106 Tibdiliet materjali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 106 1.
|
Kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni għandu jitqies materjali skont it-tifsira tal-punt (d) tal-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2011/61/UE jekk ikun hemm probabbiltà sostanzjali illi investitur raġonevoli, malli jsir konxju minn din l-informazzjoni, jikkunsidra mill-ġdid l-investiment tiegħu fl-AIF, inkluż għaliex tali informazzjoni jista’ jkollha impatt fuq l-abbiltà tal-investitur li jeżerċita d-drittijiet tiegħu fir-rigward tal-investiment tiegħu, jew inkella tippreġudika l-interessi ta’ investitur wieħed jew aktar fl-AIF.
|
|
Artikolu 106 2.
|
Sabiex jikkonformaw mal-punt (d) tal-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2011/61/UE, l-AIFMs għandhom jivvalutaw it-tibdiliet fl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2011/61/UE matul is-sena finanzjarja skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 106 3.
|
L-informazzjoni għandha tiġi ddivulgata f’konformità mar-rekwiżiti tal-istandards tal-kontabbiltà u r-regoli tal-kontabbiltà adottati mill-AIF flimkien ma’ deskrizzjoni ta’ kwalunkwe impatt potenzjali jew antiċipat fuq l-AIF jew skont il-każ, l-investituri fl-AIF. Divulgazzjonijiet addizzjonali għandhom isiru meta l-konformità mar-rekwiżiti speċifiċi tal-istandards tal-kontabbiltà u r-regoli tal-kontabbiltà jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jippermettu lill-investituri jifhmu l-impatt tal-bidla.
|
|
Artikolu 106 4.
|
Fejn l-informazzjoni li jkun meħtieġ tiġi ddivulgata skont il-paragrafu 1 ma tkunx koperta mill-istandards tal-kontabbiltà applikabbli għal AIF, jew ir-regoli tal-kontabbiltà tiegħu, għandha tingħata deskrizzjoni tal-bidla materjali flimkien ma’ kwalunkwe impatt antiċipat jew potenzjali fuq l-AIF u, skont il-każ, jew tal-investituri tal-AIF.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|