Artikolu 103
Prinċipji ġenerali għar-rapport annwali
L-informazzjoni kollha pprovduta fir-rapport annwali, inkluża l-informazzjoni speċifikata f’din it-Taqsima, għandha tkun ppreżentata f’manjiera li tipprovdi informazzjoni materjalment rilevanti, affidabbli, paragunabbli u ċara. Ir-rapport annwali għandu jkun fih l-informazzjoni li l-investituri jeħtieġu fir-rigward ta’ strutturi partikolari tal-AIF.