+Artikolu 107 Divulgazzjoni tar-remunerazzjoni
---+Artikolu 107 1.
---+Artikolu 107 2.
---+Artikolu 107 3.
---+Artikolu 107 4.

Artikolu 107 Divulgazzjoni tar-remunerazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 107 1.

Meta tingħata informazzjoni meħtieġa skont il-punt (e) tal-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2011/61/UE, għandu jkun speċifikat jekk ir-remunerazzjoni totali hiex marbuta ma’ kwalunkwe minn dan li ġej:

(a) 

ir-remunerazzjoni totali tal-persunal kollu tal-AIFM, fejn jiġi indikat l-għadd ta’ benefiċjarji;

(b) 

ir-remunerazzjoni totali dak il-persunal tal-AIFM li huma kompletament jew parzjalment involut fl-attivitajiet tal-AIF, fejn jiġi indikat l-għadd ta’ benefiċjarji;

(c) 

il-proporzjon tar-rimunerazzjoni totali tal-persunal tal-AIFM attribwibbli lill-AIF, fejn jiġi indikat l-għadd ta’ benefiċjarji.

Artikolu 107 2.
Fejn rilevanti, ir-remunerazzjoni totali għas-sena finanzjarja għandha tinkludi wkoll il-kumpens għal prestazzjoni mħallas mill-AIF.
Artikolu 107 3.
Fejn tiġi ddivulgata informazzjoni fil-livell tal-AIFM, għandha tingħata allokazzjoni jew analiżi fir-rigward ta’ kull AIF, sakemm din l-informazzjoni tkun teżisti jew disponibbli immedjatament. Bħala parti minn din id-divulgazzjoni, għandha tkun inkluża deskrizzjoni ta’ kif ingħatat l-allokazzjoni jew l-analiżi.
Artikolu 107 4.
L-AIFMs għandhom jipprovdu l-informazzjoni ġenerali marbuta mal-kriterji finanzjarji u mhux finanzjarji tal-politiki u l-prassi tar-remunerazzjoni għall-kategoriji relevanti tal-persunal li tippermetti lill-investituri jivvalutaw l-inċentivi maħluqa. Skont il-prinċipji stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2011/61/UE, l-AIFMs għandhom jiddivulgaw mill-anqas l-informazzjoni meħtieġa biex tipprovdi fehim tal-profil tar-riskju tal-AIF u tal-miżuri li jadottaw biex jiġu evitati jew immaniġġjati l-kunflitti ta’ interess.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.