+Artikolu 116 Skambju ta’ informazzjoni dwar konsegwenzi sistemiċi potenzjali tal-attività tal-AIFM

Artikolu 116 Skambju ta’ informazzjoni dwar konsegwenzi sistemiċi potenzjali tal-attività tal-AIFM

Artikolu 116

Skambju ta’ informazzjoni dwar konsegwenzi sistemiċi potenzjali tal-attività tal-AIFM

Għall-finijiet tal-Artikolu 53 tad-Direttiva 2011/61/UE, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli għall-awtorizzazzjoni jew is-superviżjoni tal-AIFMs skont dik id-Direttiva għandhom jiskambjaw mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra, u mal-AETS u l-BERS mill-inqas:

(a) 

l-informazzjoni li tasal skont l-Artikolu 110, kull meta tali informazzjoni tista’ tkun rilevanti għall-monitoraġġ u r-reazzjoni għall-implikazzjonijiet potenzjali tal-attivitajiet ta’ AIFMs individwali jew diversi AIFMs kollettivament għall-istabbiltà ta’ istituzzjonijiet finanzjarji sistemikament rilevanti u l-funzjonament fl-ordni tas-swieq fejn huma attivi l-AIFMs;

(b) 

l-informazzjoni li waslet mingħand awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi kull meta dan ikun meħtieġ għall-monitoraġġ tar-riskji sistemiċi;

(c) 

l-analiżi tal-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) u l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe sitwazzjoni li fiha l-attivitajiet ta’ AIFM wieħed jew aktar superviżjati jew ta’ AIF wieħed jew aktar immaniġġjati minnhom jitqiesu li jikkontribwixxu għall-akkumulu ta’ riskju sistemiku fis-sistema finanzjarja, għar-riskju ta’ swieq disordinati jew għal riskji għat-tkabbir fit-tul tal-ekonomija;

(d) 

il-miżuri meħuda, meta l-attività ta’ AIFM wieħed jew aktar superviżjonati jew ta’ AIF wieħed jew aktar immaniġġjati minnhom jippreżentaw riskju sistemiku jew jipperikolaw il-funzjonament fl-ordni tas-swieq li huma attivi fihom.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.