+Artikolu 1
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 1 4.
---+Artikolu 1 5.
---+Artikolu 1 6.
---+Artikolu 1 7.

Artikolu 1

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1.
Din id-Direttiva tapplika għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) stabbiliti fit-territorju tal-Istati Membri.
Artikolu 1 2.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, u suġġett għall-Artikolu 3, il- UCITS tfisser impriża:

(a) 

b’ għan waħdieni ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli jew f’assi likwidi finanzjarji oħrajn imsemmija fl-Artikolu 50(1) ta’ kapital miġbur mill-pubbliku u li joperaw fuq il-prinċipju ta’ tixrid tar-riskju; u

(b) 

b’ unitajiet li huma, fuq it-talba tat-titolari, mixtrija mill-ġdid jew mifdija, direttament jew indirettament, mill-assi ta’ dawk l-impriżi. Azzjoni meħuda minn UCITS sabiex jiġi żgurat li l-valur tal-Borża tal-unitajiet tagħha ma jvarjawx b’mod sinifikanti mill-valur nett tagħhom tal-assi għandha titqies bħala ekwivalenti għal dan ix-xiri mill-ġdid jew it-tifdija.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li UCITS ikunu jikkonsistu f’ diversi kompartimenti ta’ investiment.

Artikolu 1 3.

L- impriżi msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu kkostitwiti f’konformita’ mal-liġi tal-kuntratti (bħala fondi komuni mmaniġġjati minn kumpaniji tal-maniġment), il-liġi dwar it-“trusts” (bħala unitajiet ta’ trust), jew statut (bħala kumpaniji ta’ investiment).

Għall- finijiet ta’ din il-Direttiva:

(a) 

“fondi komuni” għandhom ukoll jinkludu unitajiet ta’ trust;

(b) 

“unitajiet” ta’ UCITS għandhom jinkludu wkoll ishma ta’ UCITS.

Artikolu 1 4.
Kumpaniji ta’ investiment li l-assi tagħhom huma investiti permezz tal-intermedjarju ta’ kumpaniji sussidjarji prinċipalment ta’ xort’oħra milli f’titoli trasferibbli ma għandhomx ikunu suġġetti għal din id-Direttiva.
Artikolu 1 5.
L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu UCITS li huma suġġetti għal din id-Direttiva milli jittrasformaw ruħhom f’impriżi ta’ investiment kollettiv li mhumiex koperti b’din id-Direttiva.
Artikolu 1 6.
Suġġett għad-dispożizzjonijiet fil-liġital-Kommunita’ li jirregolaw il-movimenti tal-kapital u suġġett għall-Artikoli 91, u 92 u it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(1), l-ebda Stat Membru m’ għandu japplika xi dispożizzjonijiet oħra fil-qasam kopert minn din id-Direttiva għal UCITS stabbiliti fi Stat Membru ieħor jew għall-unitajiet maħruġa minn dawk l-UCITS, fejn dawk l-UCITS jikkummerċjalizzaw l-unitajiet tagħha fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.
Artikolu 1 7.
Mingħajr ħsara għal dan il-Kapitolu, Stat Membru jista’ japplika għal UCITS stabbiliti fit-territorju tiegħu, rekwiżiti li huma aktar stretti minn jew addizzjonali għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, sakemm dawn ikunu ta’ applikazzjoni ġenerali u ma jkunux f’kunflitt mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.