|
+Artikolu 2 1. |
Artikolu 2 1.Għall- finijiet ta’ din il-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a)
“depożitarju” tfisser istituzzjoni li tingħata l-kompiti msemmija fl-Artikoli 22 u 32 u suġġetta għad-dispożizzjonijiet l-oħra stabbiliti fil-Kapitolu IV u t-Taqsima 3 tal-Kapitolu V;
(b)
“kumpanija tal-maniġment” tfisser kumpanija, li n-negozju regolari tagħha huwa l- immaniġġjar ta’ UCITS fil-forma ta’ fondi komuni u/jew ta’ kumpaniji ta’ investiment (maniġment kollettiv ta’ portafoll ta’ UCITS);
(c)
“l-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ kumpanija tal-maniġment” tfisser l-Istat Membru li fih il-kumpanija tal-maniġment jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha;
(d)
“l-Istat Membru ospitanti ta’ kumpanija tal-maniġment” tfisser l-Istat Membru, barra mill-Istat Membru ta’ domiċilju, li fit-territorju tiegħu kumpanija tal-maniġment ikollha fergħa jew tipprovdi servizzi;
(e)
“Stat Membru ta’ domiċilju ta’ UCITS” tfisser l-Istat Membru li fih il-UCITS tkun awtorizzata skont l-Artikolu 5;
(f)
“Stat Membru ospitanti ta’ UCITS” tfisser l-Istat Membru, barra mill-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ UCITS, li fih l-UCITS jiġu kummerċjalizzati;
(g)
“fergħa” tfisser post ta’ negozju li huwa parti mill-kumpanija tal-maniġment, li ma għandha l-ebda personalità ġuridika u li tipprovdi s-servizzi li għalihom il-kumpanija tal-maniġment tkun ġiet awtorizzata;
(h)
“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet li kull Stat Membru jinnomina skont l-Artikolu 97;
(i)
“irbit mill-qrib” tfisser sitwazzjoni fejn żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew aktar, ikollhom rabta permezz ta’:
(i)
“parteċipazzjoni”, li tfisser is-sjieda, dirett jew permezz tal-kontroll, ta’ 20 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża; jew
(ii)
“kontroll”, li tfisser ir-relazzjoni bejn “impriża ewlenija” (parent) u “sussidjarja” kif stabbilit fl-Artikoli 1 u 2 tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati ( 1 ) u fil-każi kollha li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 83/349/KEE jew relazzjoni simili bejn xi persuni fiżiċi jew ġuridiċi u xi impriża;
(j)
“holdings kwalifikattivi” tfisser kull holding diretta jew indiretta f’kumpanija tal-maniġment li tirrappreżenta 10 % jew iktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot jew li tippermetti li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq l-immaniġġjar tal-kumpanija tal-maniġment li tkun fiha dik il-holding;
(k)
“kapital inizjali” tfisseril-fondi kif imsemmi fl-Artikolu 57(a) u (b) tad-Direttiva 2006/48/KE;
(l)
“fondi proprji” tfisser fondi proprji kif imsemmi fit-Titolu V, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1 tad-Direttiva 2006/48/KE;
(m)
“mezz li jservi fit-tul” tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lil investitur jaħżen tagħrif indirizzat lil dak l-investitur personalment b’mod li jkun aċċessibbli għar-referenza fil-futur għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tat-tagħrif u li jippermetti r-riproduzzjoni mingħajr tibdil tat-tagħrif maħżun;
(n)
“titoli trasferibbli” tfisser:
(i)
ishma f’kumpaniji u f’titoli oħra ekwivalenti għal ishma f’kumpaniji (“ishma”);
(ii)
bonds u forom oħra ta’ debitu garantit (“titoli ta’ debitu”);
(iii)
kull titolu ieħor negozjabbli li għandu d-dritt li jakkwista kull titolu trasferibbli bħal dan permezz ta’ sottoskrizzjoni jew skambju;
(o)
“strumenti tas-suq tal-flus” tfisser strumenti normalment trattati fis-suq tal-flus li huma likwidi, u għandhom valur li jista’ jiġi determinat b’mod eżatt fi kwalunkwe ħin;
(p)
“mergers” tfisser operazzjoni fejn:
(i)
UCITS waħda jew aktar jew kompartimenti ta’ investiment ta’ UCITS, il-“UCITS li jkunu deħlin f’merger”, meta qed jiġu xolti mingħajr ma jiġu likwidati, jittrasferixxu l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom kollha f’UCITS oħra eżistenti jew kompartiment tagħha ta’ investiment, l-“UCITS riċeventi”, fi skambju għall-ħruġ lit-titolari tal-unitajiet tagħhom ta’ unitajiet tal-UCITS riċeventi u, fejn xieraq, ħlas f’kontanti li ma jeċċedix l-10 % tal-valur nett tal-assi ta’ dawk l-unitajiet;
(ii)
żewġ UCITS jew aktar jew kompartimenti ta’ investiment ta’ UCITS, il-“UCITS li jkunu deħlin f’merger”, meta qed jiġu xolti mingħajr ma jiġu likwidati, jittrasferixxu l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom kollha f’UCITS li jiffurmaw huma jew kompartiment tagħha ta’ investiment, l-“UCITS riċeventi”, fi skambju għall-ħruġ lit-titolari tal-unitajiet tagħhom ta’ unitajiet tal-UCITS riċeventi u, fejn xieraq, ħlas f’kontanti li ma jeċċedix l-10 % tal-valur net tal-assi ta’ dawk l-unitajiet;
(iii)
UCITS waħda jew aktar jew kompartimenti ta’ investiment ta’ UCITS, il-“UCITS li jkunu deħlin f’merger”, li jkomplu jeżistu sakemmma jkunx ġie regolat il-pasiv kolly, jittrasferixxu l-assi netti f’kumpartiment ta’ investiment ieħor tal-istess UCITS, f’UCITS oħra li jiffurmaw jew f’UCITS oħra eżistenti jew kompartiment tagħha ta’ investiment, l-“UCITS riċeventi”.
(q)
“merger transkonfinali” tfisser merger ta’ UCITS:
(i)
li għall-inqas tnejn minnhom ikunu stabbiliti fi Stati Membri differenti; kif ukoll
(ii)
stabbiliti fl-Istess Stat Membru f’UCITS imwaqqfa ġdida u stabbilita fi Stat Membru ieħor.
(r)
“merger domestika” tfisser merger bejn UCITS stabbiliti fl-istess Stat Membru meta għall-inqas waħda mill-UCITS involuti kienet notifikata skont l-Artikolu 93;
(s)
“korp tal-maniġment” tfisser il-korp bl-awtorità deċiżjonali aħħarija f’kumpanija tal-maniġment, kumpanija ta’ investiment jew depożitarju, inklużi l-funzjonijiet superviżorji u maniġerjali, jew il-funzjoni maniġerjali biss jekk iż-żewġ funzjonijiet ikunu separati. Fejn, skont il-liġi nazzjonali, fil-kumpanija tal-maniġment, il-kumpanija ta’ investiment jew depożitarju jkunu stabbiliti korpi differenti b’funzjonijiet speċifiċi, ir-rekwiżiti stipulati f’din id-Direttiva diretti lejn il-korp tal-maniġment jew lejn il-korp tal-maniġment fil-funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ukoll, jew għandhom minflok, japplikaw għal dawk il-membri ta’ korpi oħrajn tal-kumpanija tal-maniġment, tal-kumpanija ta’ investiment jew depożitarju li lilhom il-liġi nazzjonali applikabbli tassenja r-responsabbiltà rispettiva;
(t)
“strument finanzjarju” tfisser strument finanzjarju speċifikat fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
(v)
“kontroparti ċentrali” jew “CCP” tfisser CCP kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
(u)
“depożitorju ċentrali tat-titoli” tfisser depożitorju ċentrali tat-titoli kif iddefinit fl-Artikolu 2(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|