+Artikolu 2
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 2 4.
---+Artikolu 2 5.
---+Artikolu 2 6.
---+Artikolu 2 7.
|
Artikolu 2
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1.
|
Għall- finijiet ta’ din il-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a)
“depożitarju” tfisser istituzzjoni li tingħata l-kompiti msemmija fl-Artikoli 22 u 32 u suġġetta għad-dispożizzjonijiet l-oħra stabbiliti fil-Kapitolu IV u t-Taqsima 3 tal-Kapitolu V;
(b)
“kumpanija tal-maniġment” tfisser kumpanija, li n-negozju regolari tagħha huwa l- immaniġġjar ta’ UCITS fil-forma ta’ fondi komuni u/jew ta’ kumpaniji ta’ investiment (maniġment kollettiv ta’ portafoll ta’ UCITS);
(c)
“l-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ kumpanija tal-maniġment” tfisser l-Istat Membru li fih il-kumpanija tal-maniġment jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha;
(d)
“l-Istat Membru ospitanti ta’ kumpanija tal-maniġment” tfisser l-Istat Membru, barra mill-Istat Membru ta’ domiċilju, li fit-territorju tiegħu kumpanija tal-maniġment ikollha fergħa jew tipprovdi servizzi;
(e)
“Stat Membru ta’ domiċilju ta’ UCITS” tfisser l-Istat Membru li fih il-UCITS tkun awtorizzata skont l-Artikolu 5;
(f)
“Stat Membru ospitanti ta’ UCITS” tfisser l-Istat Membru, barra mill-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ UCITS, li fih l-UCITS jiġu kummerċjalizzati;
(g)
“fergħa” tfisser post ta’ negozju li huwa parti mill-kumpanija tal-maniġment, li ma għandha l-ebda personalità ġuridika u li tipprovdi s-servizzi li għalihom il-kumpanija tal-maniġment tkun ġiet awtorizzata;
(h)
“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet li kull Stat Membru jinnomina skont l-Artikolu 97;
(i)
“irbit mill-qrib” tfisser sitwazzjoni fejn żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew aktar, ikollhom rabta permezz ta’:
(i)
“parteċipazzjoni”, li tfisser is-sjieda, dirett jew permezz tal-kontroll, ta’ 20 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża; jew
(ii)
“kontroll”, li tfisser ir-relazzjoni bejn “impriża ewlenija” (parent) u “sussidjarja” kif stabbilit fl-Artikoli 1 u 2 tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (
1
) u fil-każi kollha li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 83/349/KEE jew relazzjoni simili bejn xi persuni fiżiċi jew ġuridiċi u xi impriża;
(j)
“holdings kwalifikattivi” tfisser kull holding diretta jew indiretta f’kumpanija tal-maniġment li tirrappreżenta 10 % jew iktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot jew li tippermetti li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq l-immaniġġjar tal-kumpanija tal-maniġment li tkun fiha dik il-holding;
(k)
“kapital inizjali” tfisseril-fondi kif imsemmi fl-Artikolu 57(a) u (b) tad-Direttiva 2006/48/KE;
(l)
“fondi proprji” tfisser fondi proprji kif imsemmi fit-Titolu V, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1 tad-Direttiva 2006/48/KE;
(m)
“mezz li jservi fit-tul” tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lil investitur jaħżen tagħrif indirizzat lil dak l-investitur personalment b’mod li jkun aċċessibbli għar-referenza fil-futur għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tat-tagħrif u li jippermetti r-riproduzzjoni mingħajr tibdil tat-tagħrif maħżun;
(n)
“titoli trasferibbli” tfisser:
(i)
ishma f’kumpaniji u f’titoli oħra ekwivalenti għal ishma f’kumpaniji (“ishma”);
(ii)
bonds u forom oħra ta’ debitu garantit (“titoli ta’ debitu”);
(iii)
kull titolu ieħor negozjabbli li għandu d-dritt li jakkwista kull titolu trasferibbli bħal dan permezz ta’ sottoskrizzjoni jew skambju;
(o)
“strumenti tas-suq tal-flus” tfisser strumenti normalment trattati fis-suq tal-flus li huma likwidi, u għandhom valur li jista’ jiġi determinat b’mod eżatt fi kwalunkwe ħin;
(p)
“mergers” tfisser operazzjoni fejn:
(i)
UCITS waħda jew aktar jew kompartimenti ta’ investiment ta’ UCITS, il-“UCITS li jkunu deħlin f’merger”, meta qed jiġu xolti mingħajr ma jiġu likwidati, jittrasferixxu l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom kollha f’UCITS oħra eżistenti jew kompartiment tagħha ta’ investiment, l-“UCITS riċeventi”, fi skambju għall-ħruġ lit-titolari tal-unitajiet tagħhom ta’ unitajiet tal-UCITS riċeventi u, fejn xieraq, ħlas f’kontanti li ma jeċċedix l-10 % tal-valur nett tal-assi ta’ dawk l-unitajiet;
(ii)
żewġ UCITS jew aktar jew kompartimenti ta’ investiment ta’ UCITS, il-“UCITS li jkunu deħlin f’merger”, meta qed jiġu xolti mingħajr ma jiġu likwidati, jittrasferixxu l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom kollha f’UCITS li jiffurmaw huma jew kompartiment tagħha ta’ investiment, l-“UCITS riċeventi”, fi skambju għall-ħruġ lit-titolari tal-unitajiet tagħhom ta’ unitajiet tal-UCITS riċeventi u, fejn xieraq, ħlas f’kontanti li ma jeċċedix l-10 % tal-valur net tal-assi ta’ dawk l-unitajiet;
(iii)
UCITS waħda jew aktar jew kompartimenti ta’ investiment ta’ UCITS, il-“UCITS li jkunu deħlin f’merger”, li jkomplu jeżistu sakemmma jkunx ġie regolat il-pasiv kolly, jittrasferixxu l-assi netti f’kumpartiment ta’ investiment ieħor tal-istess UCITS, f’UCITS oħra li jiffurmaw jew f’UCITS oħra eżistenti jew kompartiment tagħha ta’ investiment, l-“UCITS riċeventi”.
(q)
“merger transkonfinali” tfisser merger ta’ UCITS:
(i)
li għall-inqas tnejn minnhom ikunu stabbiliti fi Stati Membri differenti; kif ukoll
(ii)
stabbiliti fl-Istess Stat Membru f’UCITS imwaqqfa ġdida u stabbilita fi Stat Membru ieħor.
(r)
“merger domestika” tfisser merger bejn UCITS stabbiliti fl-istess Stat Membru meta għall-inqas waħda mill-UCITS involuti kienet notifikata skont l-Artikolu 93;
▼M4
(s)
“korp tal-maniġment” tfisser il-korp bl-awtorità deċiżjonali aħħarija f’kumpanija tal-maniġment, kumpanija ta’ investiment jew depożitarju, inklużi l-funzjonijiet superviżorji u maniġerjali, jew il-funzjoni maniġerjali biss jekk iż-żewġ funzjonijiet ikunu separati. Fejn, skont il-liġi nazzjonali, fil-kumpanija tal-maniġment, il-kumpanija ta’ investiment jew depożitarju jkunu stabbiliti korpi differenti b’funzjonijiet speċifiċi, ir-rekwiżiti stipulati f’din id-Direttiva diretti lejn il-korp tal-maniġment jew lejn il-korp tal-maniġment fil-funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ukoll, jew għandhom minflok, japplikaw għal dawk il-membri ta’ korpi oħrajn tal-kumpanija tal-maniġment, tal-kumpanija ta’ investiment jew depożitarju li lilhom il-liġi nazzjonali applikabbli tassenja r-responsabbiltà rispettiva;
(t)
“strument finanzjarju” tfisser strument finanzjarju speċifikat fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
);
▼M13
(v)
“kontroparti ċentrali” jew “CCP” tfisser CCP kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
);
▼M12
(u)
“depożitorju ċentrali tat-titoli” tfisser depożitorju ċentrali tat-titoli kif iddefinit fl-Artikolu 2(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
).
▼B
|
|
Artikolu 2 2.
|
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, in-negozju regolari tal-kumpanija tal-maniġment għandha tinkludi l-funzjonijiet imsemmija fl-Anness II.
|
|
Artikolu 2 3.
|
Għall-finijiet tal-punt (g) tal-paragrafu 1, il-postijiet kollha tan-negozju stabbiliti fl-istess Stat Membru minn kumpanija tal-maniġment b’uffiċċju prinċipali fi Stat Membru ieħor għandhom jitqiesu bħala fergħa waħda.
|
|
Artikolu 2 4.
|
Għall-finijiet tal- punt (i)(ii) tal-paragrafu 1, għandu japplika dan li ġej:
(a)
impriża sussidjarja ta’ impriża sussidjarja għandha wkoll titqies bħala sussidjarja tal-impriża ewlenija li tkun fir-ras ta’ dawk l-impriżi;
(b)
sitwazzjonijiet fejn żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew aktar, ikollhom rabta permanenti lejn waħda jew aktar mill-istess persuni b’relazzjoni ta’ kontroll, għandhom ukoll jitqiesu li jikkonstitwixxu rbit mill-qrib bejn tali persuni.
|
|
Artikolu 2 5.
|
Għall-finijiet tal- punt (j) tal-paragrafu 1, għandhom jitqiesu d-drittijiet tal-vot imsemmija fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (
5
).
|
|
Artikolu 2 6.
|
Għall-finijiet tal- punt (l) tal-paragrafu 1, l-Artikoli 13 sa 16 tad-Direttiva 2006/49/KE għandhom japplikaw mutatis mutandis.
|
|
Artikolu 2 7.
|
Għall-finijiet tal- punt (n) tal-paragrafu 1, titoli trasferibbli għandhom jeskludu l-metodi tekniċi u l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 51.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|