|
+Artikolu 5 4. |
Artikolu 5 4.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS m’ għanhomx jawtorizzaw UCITS jekk:
(a)
huma jistabbilixxu li l-kumpanija ta’ investiment ma tikkonformax mal-prekundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu V; jew,
(b)
il-kumpanija tal-maniġment ma tkunx awtorizzata għall- maniġment tal-UCITS fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha. Bla ħsara għall-Artikolu 29(2), il-kumpanija ta’ manġment, jew, fejn ikun applikabbli, il-kumpanija ta’ investiment għandha tiġi informata, fi żmien xahrejn minn meta ssir l-applikazzjoni kompluta, jekk l-awtorizzazzjoni tal-UCITS tkunx ingħatat. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS ma jistgħux jawtorizzaw UCITS jekk id-diretturi tad-depożitarju mhumiex ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed jew ma għandhomx esperjenza biżżejjed ukoll fir-rigward tat-tip ta’ UCITS li għandha tiġi mmaniġġjata. Għal dak il-għan, l-ismijiet tad-diretturi tad-depożitarju u ta’ kull persuna li tiġi warajhom fil-kariga għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-awtoritajiet kompetenti. Diretturi għandhom ifissru dawk il-persuni li, skont il-liġi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, jirrappreżentaw id-depożitarju, jew li jiddeterminaw effettivament il-politika tad-depożitarju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|