+Artikolu 5
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.

Artikolu 5

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.

L-ebda UCITS ma għandha twettaq attivitajiet sakemm ma tkunx ġiet awtorizzata skont din id-Direttiva.

Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun valida għall-Istati Membri kollha.

Artikolu 5 2.
Fond komuni għandu jkun awtorizzat biss jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu ikunu approvaw l-applikazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment biex din tal-aħħar tiġġestixxi dak il-fond komuni, ir-regoli dwar il-fondi u l-għażla ta’ depożitarju. Kumpanija ta’ investiment għandha tkun awtorizzata biss jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha jkunu approvaw kemm l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha u kif ukoll l-għażla ta’ depożitarju, u, fejn ikun applikabbli, l-għażla tal-kumpanija tal-maniġment innominata biex timmaniġġja dik il-kumpanija ta’ investiment.
Artikolu 5 3.
Bla ħsara għall-paragrafu 2, jekk l-UCITS ma tkunx stabbilita fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jiddeċiedu dwar l-applikazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment biex timmaniġġja l-UCITS skont l-Artikolu 20. L-awtorizzazzjoni m’għandhiex tiddependi fuq jekk il-UCITS tkunx immaniġġjata minn kumpanija tal-maniġment li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, jew fuq jekk il-kumpanija tal-maniġment twettaqx jew tiddelegax kwalunkwe attivitajiet fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.
Artikolu 5 4.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS m’ għanhomx jawtorizzaw UCITS jekk:

(a) 

huma jistabbilixxu li l-kumpanija ta’ investiment ma tikkonformax mal-prekundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu V; jew,

(b) 

il-kumpanija tal-maniġment ma tkunx awtorizzata għall- maniġment tal-UCITS fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha.

Bla ħsara għall-Artikolu 29(2), il-kumpanija ta’ manġment, jew, fejn ikun applikabbli, il-kumpanija ta’ investiment għandha tiġi informata, fi żmien xahrejn minn meta ssir l-applikazzjoni kompluta, jekk l-awtorizzazzjoni tal-UCITS tkunx ingħatat.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS ma jistgħux jawtorizzaw UCITS jekk id-diretturi tad-depożitarju mhumiex ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed jew ma għandhomx esperjenza biżżejjed ukoll fir-rigward tat-tip ta’ UCITS li għandha tiġi mmaniġġjata. Għal dak il-għan, l-ismijiet tad-diretturi tad-depożitarju u ta’ kull persuna li tiġi warajhom fil-kariga għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-awtoritajiet kompetenti.

Diretturi għandhom ifissru dawk il-persuni li, skont il-liġi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, jirrappreżentaw id-depożitarju, jew li jiddeterminaw effettivament il-politika tad-depożitarju.

Artikolu 5 5.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni jekk l-UCITS hija legalment imċaħħda (pereżempju, permezz ta’ dispożizzjoni fir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni) milli tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha fl-Istat Membru ta’ domiċilju.
Artikolu 5 6.
La l-kumpanija ta’ ġestjoni u lanqas id-depożitarju m’ għandhom jiġu ssostitwiti, u lanqas m’ għandhom ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment jiġu emendati, mingħajr l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.
Artikolu 5 7.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplimentaw din id-Direttiva u li huma relatati mat-twaqqif u l-funzjonament tal-UCITS huma aċċessibbli faċilment mill-bogħod jew permezz ta’ mezzi elettroniċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni tkun disponibbli, għallinqas, f’lingwa li normalment tintuża fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, hija ppreżentata b’mod ċar u mhux ambigwu, u tinżamm aġġornata.
Artikolu 5 8.

Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (minn hawn ‘il quddiem “AETS”) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) (l-“ASE(AETS)”) tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-UCITS.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.