|
+Artikolu 6 3. |
Artikolu 6 3.B’deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw kumpaniji tal-maniġment biex jipprovdu, minbarra mmaniġġjar tal-UCITS, is-servizzi li ġejjin:
(a)
l-immaniġġjar ta’ portafolji ta’ investmenti, inklużi dawk fis-sjieda ta’ fondi ta’ pensjoni, skont il-mandati mogħtija minn investituri fuq bażi ta’ diskrezzjoni, u klijent bi klijent, meta dawn il-portafolji jinkludu strument wieħed jew iktar elenkati fl-Anness I, it-Taqsima C tad-Direttiva 2004/39/KE; u
(b)
bħala servizzi mhux ewlenija:
(i)
pariri fuq investimenti li jikkonċernaw strument wieħed jew iktar elenkati fl-Anness I, it-Taqsima C tad-Direttiva 2004/39/KE;
(ii)
salvagwardja u amministrazzjoni fir-rigward ta’ unitajiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv;
(iii)
riċeviment u trażmissjoni ta’ ordnijiet b’rabta ma’ strumenti finanzjarji;
(iv)
kwalunkwe funzjoni jew attività oħra li diġà hija pprovduta mill-kumpanija tal-maniġment fir-rigward ta’ UCITS li timmaniġġa f’konformità ma’ dan l-Artikolu, jew fir-rigward ta’ servizzi li tipprovdi f’konformità ma’ dan il-paragrafu, dment li kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali maħluq bl-għoti ta’ dik il-funzjoni jew attività lil partijiet oħra jiġi ġestit kif xieraq.
(c)
l-amministrazzjoni ta’ parametri referenzjarji f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/1011; Il-kumpaniji tal-maniġment ma għandhomx ikunu awtorizzati skont din id-Direttiva biex jipprovdu biss is-servizzi msemmija f’dan il-paragrafu. Il-kumpaniji tal-maniġment ma għandhomx ikunu awtorizzati jipprovdu s-servizzi msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), li jintużaw fl-UCITS li jimmaniġġaw. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|