+Artikolu 6
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.

Artikolu 6

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
L-aċċess għan-negozju ta’ kumpaniji tal-maniġment għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel li għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment. L-Awtorizzazzjoni mogħtija taħt din id-Direttiva lil kumpanija tal-maniġment għandha tkun valida għall-Istati Membri kollha.

L-AETS għandha tiġi nnotifikata b’kull awtorizzazzjoni li tingħata u għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha, lista aġġornata tal-kumpanniji tal-maniġment awtorizzati u żżommha aġġornata.

Artikolu 6 2.

L-ebda kumpanija tal-maniġment m’ għandha tidħol għal attivitajiet ta’ xort’oħra mill- immaniġġjar tal-UCITS awtorizzata skont din id-Direttiva bl-eċċezzjoni tal- immaniġġjar addizzjonali ta’ impriżi kollettivi oħrajn tal-investiment li mhumiex koperti b’din id-Direttiva u li għalihom il-kumpanija tal-maniġment hi suġġetta għal superviżjoni prudenzjali imma li ma tistax titqiegħed fis-suq fi Stati Membri oħra taħt din id-Direttiva.

L-attività ta’ mmaniġġjar tal-UCITS għandha tinkludi, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-funzjonijiet imsemmija fl-Anness II.

Artikolu 6 3.

B’deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw kumpaniji tal-maniġment biex jipprovdu, minbarra mmaniġġjar tal-UCITS, is-servizzi li ġejjin:

(a) 

l-immaniġġjar ta’ portafolji ta’ investmenti, inklużi dawk fis-sjieda ta’ fondi ta’ pensjoni, skont il-mandati mogħtija minn investituri fuq bażi ta’ diskrezzjoni, u klijent bi klijent, meta dawn il-portafolji jinkludu strument wieħed jew iktar elenkati fl-Anness I, it-Taqsima C tad-Direttiva 2004/39/KE; u

(b) 

bħala servizzi mhux ewlenija:

(i) 

pariri fuq investimenti li jikkonċernaw strument wieħed jew iktar elenkati fl-Anness I, it-Taqsima C tad-Direttiva 2004/39/KE;

(ii) 

salvagwardja u amministrazzjoni fir-rigward ta’ unitajiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv;

▼M12

(iii) 

riċeviment u trażmissjoni ta’ ordnijiet b’rabta ma’ strumenti finanzjarji;

(iv) 

kwalunkwe funzjoni jew attività oħra li diġà hija pprovduta mill-kumpanija tal-maniġment fir-rigward ta’ UCITS li timmaniġġa f’konformità ma’ dan l-Artikolu, jew fir-rigward ta’ servizzi li tipprovdi f’konformità ma’ dan il-paragrafu, dment li kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali maħluq bl-għoti ta’ dik il-funzjoni jew attività lil partijiet oħra jiġi ġestit kif xieraq.

(c) 

l-amministrazzjoni ta’ parametri referenzjarji f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/1011;

▼M12

Il-kumpaniji tal-maniġment ma għandhomx ikunu awtorizzati skont din id-Direttiva biex jipprovdu biss is-servizzi msemmija f’dan il-paragrafu. Il-kumpaniji tal-maniġment ma għandhomx ikunu awtorizzati jipprovdu s-servizzi msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), li jintużaw fl-UCITS li jimmaniġġaw.

Artikolu 6 4.
L-Artikolu 15, l-Artikolu 16 ħlief għall-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, u l-Artikoli 23, 24 u 25 tad-Direttiva 2014/65/UE għandhom japplikaw meta s-servizzi msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu jiġu pprovduti mill-kumpaniji tal-maniġment.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.