Fejn jeżistu rabtiet mill-qrib bejn il-kumpanija ta’ investiment u kull persuna oħra fiżika jew ġuridika, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni biss jekk dawk ir-rabtiet mill-qrib ma jipprevenux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jirrifjutaw awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika waħda jew iktar li magħha l-kumpanija tal-maniġment jkollha rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-applikazzjoni tagħhom, jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu kumpaniji tal-maniġment biex jipprovdulhom bl-informazzjoni li jeħtieġu sabiex ikun hemm monitoraġġ ta’ konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu fuq bażi kontinwa.