+Artikolu 7
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
---+Artikolu 7 7.

Artikolu 7

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.

Mingħajr ħsara għall-kundizzjonijiet l-oħrajn ta’ applikazzjoni ġenerali stabbiliti bil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni lil kumpanija tal-maniġment sakemm ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-kumpanija tal-maniġment ikollha kapital inizjali ta’ mill-inqas EUR 125 000 , meta jitqies li ġej:

(i) 

meta l-valur tal-portafolji tal-kumpaniji tal-maniġment, jeċċedi l-EUR 250 000 000 , il-kumpanija tal-maniġment għandha tiġi rikjesta li tipprovdi ammont addizzjonali ta’ fondi proprji li jkun ugwali għal 0,02 % tal-ammont li bih il-valur tal-portafolji tal-kumpanija tal-maniġment jeċċedi l-EUR 250 000 000 , madanakollu t-total meħtieġ tal-kapital inizjali u l-ammont addizzjonali ma jistax jeċċedi l-EUR 10 000 000 ;

(ii) 

għall- finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-portafolji li ġejjin jitqiesu bħala l-portafolji tal-kumpaniji tal-maniġment:

— 
fondi komuni amministrati mill-kumpanija tal-maniġment inklużi portafolji li għalihom tkun iddelegat il-funzjoni tal- maniġment imma esklużi portafolji li qed timmaniġġja taħt delegazzjoni,
— 
kumpaniji ta’ investiment li għalihom il-kumpanija tal-maniġment hija l-kumpanija tal-maniġment maħtura,
— 
impriżi oħrajn ta’ investiment kollettiv immaniġġjati mill-kumpanija tal-maniġment inklużi portafolji li għalihom tkun delegat il-funzjoni maniġerjali imma esklużi portafolji li qed timmaniġġja taħt delegazzjoni;

▼M7

(iii) 

irrispettivament mill-ammont ta' dawk ir-rekwiżiti, il-fondi proprji tal-kumpanija tal-maniġment ma għandhom qatt ikunu inqas mill-ammont preskritt fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).

▼M12

(b) 

il-persuni li effettivament iwettqu n-negozju tal-kumpanija tal-maniġment ikunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u jkunu esperjenzati biżżejjed ukoll fir-rigward tat-tip ta’ UCITS immaniġġata mill-kumpanija tal-maniġment, l-ismijiet ta’ dawk il-persuni u ta’ kull persuna li tieħu posthom warajhom fil-kariga jkunu kkomunikati minnufih lill-awtoritajiet kompetenti u t-twettiq tan-negozju ta’ kumpanija tal-maniġment ikun deċiż minn mill-inqas żewġ persuni fiżiċi li jkunu jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet li jew ikunu impjegati full-time minn dik il-kumpanija tal-maniġment jew ikunu membri eżekuttivi jew membri tal-korp tal-maniġment tal-kumpanija tal-maniġment impenjati full-time biex iwettqu n-negozju ta’ dik il-kumpanija tal-maniġment u li jkunu domiċiljati fl-Unjoni;

(c) 

l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tkun akkumpanjata minn programm ta’ attività li jistabbilixxi, tal-anqas, l-istruttura organizzazzjonali tal-kumpanija tal-maniġment u jispeċifika r-riżorsi umani u tekniċi li jkunu se jintużaw biex jitwettaq in-negozju tal-kumpanija tal-maniġment u l-informazzjoni dwar il-persuni li effettivament iwettqu n-negozju ta’ dik il-kumpanija tal-maniġment, inkluż:

(i) 

deskrizzjoni tar-rwol, it-titolu u l-livell ta’ superjorità ta’ dawk il-persuni;

(ii) 

deskrizzjoni tal-linji tar-rapportar u tar-responsabbiltajiet ta’ dawk il-persuni ġewwa u barra l-kumpanija tal-maniġment;

(iii) 

ħarsa ġenerali tal-ammont ta’ ħin li kull waħda minn dawk il-persuni talloka għal kull responsabbiltà tagħhom;

(iv) 

informazzjoni dwar kif il-kumpanija tal-maniġment biħsiebha tikkonforma mal-obbligi tagħha skont din id-Direttiva, u mal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 6(1), il-punt (a), u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ), u deskrizzjoni dettaljata tar-riżorsi umani u tekniċi xierqa li se jintużaw mill-kumpanija tal-maniġment għal dak il-għan.

▼B

(d) 

kemm l-uffiċċju prinċipali kif ukoll l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija tal-maniġment ikunu jinstabu fl-istess Stat Membru;

▼M12

(e) 

l-informazzjoni tiġi pprovduta mill-kumpanija tal-maniġment dwar l-arranġamenti magħmula għad-delega u għas-sottodelega lil partijiet terzi ta’ funzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 13, li tal-anqas ikollha dawn li ġejjin:

(i) 

l-isem ġuridiku u l-identifikatur rilevanti tal-kumpanija tal-maniġment;

(ii) 

għal kull delegat:

— 
l-isem ġuridiku u l-identifikatur rilevanti tiegħu,
— 
il-ġuriżdizzjoni tal-istabbiliment tagħha, u
— 
fejn rilevanti, l-awtorità superviżorja tagħha;
(iii) 

deskrizzjoni dettaljata tar-riżorsi umani u tekniċi użati mill-kumpanija tal-maniġment:

— 
għat-twettiq tal-kompiti tal-ġestjoni tar-riskju jew tal-immaniġġar tal-portafoll ta’ kuljum fi ħdan il-kumpanija tal-maniġment, u
— 
għall-monitoraġġ tal-attività delegata;
(iv) 

fir-rigward ta’ kull waħda mill-UCITS li timmaniġġa jew li għandha l-ħsieb li timmaniġġa:

— 
deskrizzjoni qasira tal-funzjoni iddelegata tal-immaniġġar tal-portafoll, inkluż jekk tali delega bħal din tirriżultax bħala delega parzjali jew sħiħa, u
— 
deskrizzjoni qasira tal-funzjoni iddelegata tal-ġestjoni tar-riskju, inkluż jekk tali delega bħal din tirriżultax bħala delega parzjali jew sħiħa;
(v) 

deskrizzjoni tal-miżuri perjodiċi ta’ diliġenza dovuta li għandhom jitwettqu mill-kumpanija tal-maniġment għall-monitoraġġ tal-attività delegata.

▼B

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-punt (a), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lil kumpaniji tal-maniġment biex ma jipprovdux sa 50 % tal-ammont addizzjonali tal-fondi proprji msemmija fil-punt (i) jekk jibbenefikaw minn garanzija tal-istess ammont mogħtija minn istituzzjoni ta’ kreditu jew impriża ta’ assigurazzjoni; l-istituzzjoni ta’ kreditu jew l-impriża ta’ assigurazzjoni għandu jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru, jew f’pajjiż terz sakemm tkun suġġetta għal regoli prudenzjali kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala mhux ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-liġi Komunitarja.

Artikolu 7 2.

Fejn jeżistu rabtiet mill-qrib bejn il-kumpanija ta’ investiment u kull persuna oħra fiżika jew ġuridika, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni biss jekk dawk ir-rabtiet mill-qrib ma jipprevenux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jirrifjutaw awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika waħda jew iktar li magħha l-kumpanija tal-maniġment jkollha rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-applikazzjoni tagħhom, jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu kumpaniji tal-maniġment biex jipprovdulhom bl-informazzjoni li jeħtieġu sabiex ikun hemm monitoraġġ ta’ konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu fuq bażi kontinwa.

Artikolu 7 3.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw l-applikant, fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompleta, jekk ingħatax l-awtorizzazzjoni jew le. Għandhom jingħataw ir-raġunijiet meta tiġi rifjutata awtorizzazzjoni.
Artikolu 7 4.
Kumpanija tal-maniġment tista’ tibda negozju kif tingħata awtorizzazzjoni.
Artikolu 7 5.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni maħruġa lil kumpanija tal-maniġment suġġetta għal din id-Direttiva biss meta dik il-kumpanija:

(a) 

ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, tirrinunzja espressament l-awtorizzazzjoni jew tkun waqqfet l-attività koperta b’din id-Direttiva iktar minn sitt xhur qabel, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ipprovda biex taqa’ din l-awtorizzazzjoni f’ dawn il-każijiet;

(b) 

tkun kisbet l-awtorizzazzjoni billi għamlet dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta’ kwalunkwe mezz irregolari ieħor;

(c) 

ma tissodisfax aktar il-kundizzjonijiet li taħthom ingħatat l-awtorizzazzjoni;

(d) 

ma tikkonformax mad-Direttiva 2006/49/KE jekk l-awtorizzazzjoni tagħha tkopri wkoll is-servizz diskrezzjonarju ta’ maniġment ta’ portafoll msemmi fl-Artikolu 6 (3)(a) ta’ din id-Direttiva;

(e) 

tkun serjament u/jew sistematikament kisret id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva; jew

(f) 

taqa’ taħt kwalunkwe każ meta l-liġi nazzjonali tipprovdi għal irtirar.

Artikolu 7 6.

Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) 

l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kumpannija tal-maniġment, inkluż il-programm ta’ attivitajiet;

(b) 

r-rekwiziti applikabbli għall-kumpannija tal-maniġment skont il-paragrafu 2 u l-informazzjoni għan-notifika prevista fil-paragrafu 3;

(c) 

r-rekwiżiti applikabbli għall-azzjonisti u l-membri b’azjendi kwalifikattivi, kif ukoll l-ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti, kif previst fl-Artikoli 8(1) ta’ din id-Direttiva u fl-Artikolu 10(1) u (2) tad-Direttiva 2004/39/KE, skont l-Artikolu 11 ta’ din id-Direttiva.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards regolatorji tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jkunu ddeterminati forom, mudelli u proċeduri standard għan-notifika jew l-għoti ta’ informazzjoni kif dispost fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 7 7.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-kumpanija tal-maniġment, qabel l-implimentazzjoni, jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom bi kwalunkwe bidla materjali tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali, b’mod partikolari il-bidliet materjali tal-informazzjoni pprovduta f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.