|
+Artikolu 7 6. |
Artikolu 7 6.Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
(a)
l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kumpannija tal-maniġment, inkluż il-programm ta’ attivitajiet;
(b)
r-rekwiziti applikabbli għall-kumpannija tal-maniġment skont il-paragrafu 2 u l-informazzjoni għan-notifika prevista fil-paragrafu 3;
(c)
r-rekwiżiti applikabbli għall-azzjonisti u l-membri b’azjendi kwalifikattivi, kif ukoll l-ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti, kif previst fl-Artikoli 8(1) ta’ din id-Direttiva u fl-Artikolu 10(1) u (2) tad-Direttiva 2004/39/KE, skont l-Artikolu 11 ta’ din id-Direttiva. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards regolatorji tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jkunu ddeterminati forom, mudelli u proċeduri standard għan-notifika jew l-għoti ta’ informazzjoni kif dispost fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|