Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiġi stabbilita lista eżawrjenti ta’ informazzjoni, kif previst f’dan l-Artikolu, b’referenza għall-Artikolu 10b(4) tad-Direttiva 2004/39/KE, li trid tiġi inkluża minn akkwirenti proposti fin-notifika tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10a(2) ta’ dik id-Direttiva.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards regolatorji biex jiġu stabbiliti formoli, mudelli u proċeduri standard għall-modalitajiet tal-proċess ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, kif previst f’dan l-Artikolu, b’referenza għall-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2004/39/KE.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.