Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikunu ddeterminati l-kondizzjonijiet tal-applikazzjonijiet tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni rigward il-proċeduri, l-arranġamenti, l-istrutturi u r-rekwiżiti organizzattivi msemmijin fil-paragrafu 3.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.