+Artikolu 12
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
|
Artikolu 12
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Kull Stat Membru għandu jfassal regoli prudenzjali li kumpaniji ta’ maniġment awtorizzati f’dak l-Istat Membru, b’ kunsiderazzjoni għall-attività ta’ maniġment ta’ UCITS awtorizzata skont din id-Direttiva, għandhom josservaw f’ kull ħin.
B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment b’ kunsiderazzjoni ukoll għan-natura tal-UCITS immaniġġjata minn kumpanija tal-maniġment, għandhom jeħtieġu li kull kumpanija ta’ din ix-xorta:
▼M10
(a)
ikollha proċeduri amministrattivi u ta' kontabbiltà sodi, arranġamenti ta' kontroll u ta' salvagwardja għall-ipproċessar elettroniku tad-data, inkluż fir-rigward ta’ netwerks u sistemi tal-informazzjoni stabbiliti u ġestiti f'konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
), kif ukoll mekkaniżmi adegwati ta' kontroll intern, inkluż, b'mod partikolari, regoli għal tranżazzjonijiet personali mill-impjegati tagħha jew għaż-żamma jew il-ġestjoni ta' investimenti fi strumenti finanzjarji sabiex tinvesti f'isimha stess u għall-iżgurar, tal-anqas, li kull operazzjoni li tinvolvi lill-UCITS tkun tista' tiġi rikostruwita f'konformità mal-oriġini tagħha, il-partijiet għaliha, in-natura tagħha, u l-ħin u l-post li fihom saret u li l-assi tal-UCITS ġestiti mill-kumpanija tal-ġestjoni ikunu investiti f'konformità mar-regoli dwar il-fondi jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni u d-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ;
▼B
(b)
hija strutturata u organizzata b’tali mod li jiġi minimizzat ir-riskju li l-interessi tal-UCITS jew tal-klijenti jkun ippreġudikat minn kunflitti ta’ interess bejn il-kumpannija u l-klijenti tagħha, bejn tnejn mill-klijent tagħha, bejn klijent tagħha u UCITS, jew bejn żewġ UCITS.
|
|
Artikolu 12 2.
|
Kull kumpanija tal-maniġment li l-awtorizzazzjoni tagħha tkopri wkoll is-servizz maniġerjali diskrezzjonarju tal-portafolji msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(3):
(a)
ma għandhux ikollha l-permess tinvesti l-portafoll kollu tal-investitur, jew parti minnu, f’impriżi ta’ investiment kollettiv li timmaniġġja, sakemm ma tirċeviex approvazzjoni ġenerali minn qabel mill-kijent;
(b)
għandha tkun suġġetta fir-rigward tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 6(3) għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (
10
).
|
|
Artikolu 12 3.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 116, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti delegati f'konformità mal-Artikolu 112a, miżuri li jispeċifikaw:
(a)
il-proċeduri u l-arranġamenti msemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, għajr il-proċeduri u l-arranġamenti li jikkonċernaw in-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni;
(b)
l-istrutturi u r-rekwiżiti organizzattivi għall-minimizzazzjoni tal-kunflitti ta' interess imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 12 4.
|
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikunu ddeterminati l-kondizzjonijiet tal-applikazzjonijiet tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni rigward il-proċeduri, l-arranġamenti, l-istrutturi u r-rekwiżiti organizzattivi msemmijin fil-paragrafu 3.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|