|
+Artikolu 14 1. |
Artikolu 14 1.Kull Stat Membru għandu jfassal regoli ta’ kondotta li kumpaniji tal-maniġment awtorizzati f’dak l-Istat Membru għandhom josservaw f’kull ħin. Dawn ir-regoli għandhom jimplimentaw mill-inqas il-prinċipji stabbiliti f’ dan il-paragrafu. Dawk il-prinċipji għandhom jiżguraw li kumpanija tal-maniġment:
(a)
taġixxi b’mod onest u ġust fl-iżvolġiment tal-attivitajiet tan-negozju tagħha fl-aħjar interessi tal-UCITS li timmaniġġja u l-integrità tas-suq;
(b)
taġixxi b’kapaċità, kura u diliġenza dovuta, fl-aħjar interessi tal-UCITS li timmaniġġja u l-integrità tas-suq;
(c)
għandha u timpjega effettivament ir-riżorsi u l-proċeduri li huma neċessarji għat-twettiq sewwa tal-attivitajiet tan-negozju tagħha;
(d)
tipprova tevita kunflitti ta’ interessi u, meta dawn ma jistgħux jiġu evitati, tiżgura li l-UCITS li timmaniġġja huma ttrattati b’mod ġust; u
(e)
tikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji kollha applikabbli għall-iżvolġiment tal-attivitajiet tan-negozju tagħha sabiex tippromwovi l-aħjar interessi tal-investituri tagħha u l-integrità tas-suq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|