+Artikolu 14
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 2a.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.

Artikolu 14

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.

Kull Stat Membru għandu jfassal regoli ta’ kondotta li kumpaniji tal-maniġment awtorizzati f’dak l-Istat Membru għandhom josservaw f’kull ħin. Dawn ir-regoli għandhom jimplimentaw mill-inqas il-prinċipji stabbiliti f’ dan il-paragrafu. Dawk il-prinċipji għandhom jiżguraw li kumpanija tal-maniġment:

(a) 

taġixxi b’mod onest u ġust fl-iżvolġiment tal-attivitajiet tan-negozju tagħha fl-aħjar interessi tal-UCITS li timmaniġġja u l-integrità tas-suq;

(b) 

taġixxi b’kapaċità, kura u diliġenza dovuta, fl-aħjar interessi tal-UCITS li timmaniġġja u l-integrità tas-suq;

(c) 

għandha u timpjega effettivament ir-riżorsi u l-proċeduri li huma neċessarji għat-twettiq sewwa tal-attivitajiet tan-negozju tagħha;

(d) 

tipprova tevita kunflitti ta’ interessi u, meta dawn ma jistgħux jiġu evitati, tiżgura li l-UCITS li timmaniġġja huma ttrattati b’mod ġust; u

(e) 

tikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji kollha applikabbli għall-iżvolġiment tal-attivitajiet tan-negozju tagħha sabiex tippromwovi l-aħjar interessi tal-investituri tagħha u l-integrità tas-suq.

Artikolu 14 2.

Bla ħsara għall-Artikolu 116, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati ►M4  skont l-Artikolu 112a ◄ , tadotta miżuri sabiex jiżguraw li l-kumpannija tal-maniġment tikkonforma mad-doveri stabbiliti fil-paragrafu 1, b’mod partikolari ma':

▼B

(a) 

jiġu stabbiliti l-kriterji xieraq għal mġiba onesta u ġusta u bil-kompetenza, attenzjoni u diliġenza xierqa fl-aħjar interessi tal-UCITS;

(b) 

jiġu speċifikati il-prinċipji meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-kumpaniji tal-maniġment jimpjegaw b’mod effettiv ir-riżorsi u l-proċeduri li huma neċessarji għall-prestazzjoni tajba tal-attivitajiet tan-negozju tagħha; u

(c) 

jiġu definiti l-passi li l-kumpaniji tal-maniġment jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jieħdu biex jidentifikaw, jevitaw, jimmaniġġjaw u/jew jiżvelaw kunflitti ta’ interess u anke biex jistabbilixxu l-kriterji xierqa għad-determinazzjoni tat-tipi ta’ kunflitti ta’ interess li l-eżistenza tagħhom tista’ tkun ta’ ħsara għall-interessi tal-UCITS.

▼M1 —————

Artikolu 14 2a.
Meta kumpanija tal-maniġment timmaniġġa jew ikollha l-intenzjoni li timmaniġġa UCITS fuq l-inizjattiva ta’ parti terza, inklużi każijiet meta dik il-UCITS tuża l-isem ta’ inizjatur ta’ parti terza jew meta kumpanija tal-maniġment taħtar inizjatur ta’ parti terza bħala delegat skont l-Artikolu 13, il-kumpanija tal-maniġment għandha, filwaqt li tqis kwalunkwe kunflitt ta’ interess, tippreżenta spjegazzjonijiet dettaljati u evidenza tal-konformità tagħha mal-paragrafu 1, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha. B’mod partikolari, il-kumpanija tal-maniġment għandha tispeċifika l-passi raġonevoli li tkun ħadet biex tipprevjeni kunflitti ta’ interess li jirriżultaw mir-relazzjoni mal-parti terza jew, fejn dawk il-kunflitti ta’ interess ma jkunux jistgħu jiġu evitati, kif tidentifika, timmaniġġa, timmonitorja u, fejn applikabbli, tiżvela, dawk il-kunflitti ta’ interess sabiex ma jitħallewx jaffettwaw ħażin l-interessi tal-UCITS u tal-investituri tagħha.
Artikolu 14 3.

Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikunu speċifikati aktar il-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni rigward il-kriterji, il-prinċipji u l-passi msemmijin fil-paragrafu 2.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 14 4.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a), l-AETS għandha sas-16 ta’ Ottubru 2025 tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li jivvaluta l-kostijiet imposti mill-UCITS u l-kumpaniji tal-maniġment lill-investituri u jispjegaw ir-raġunijiet għal-livell ta’ dawk il-kostijiet u għal kwalunkwe differenza bejniethom, inklużi d-differenzi li jirriżultaw min-natura tal-UCITS ikkonċernati. Bħala parti minn dik il-valutazzjoni, l-AETS għandha tanalizza, fil-qafas tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-adegwatezza u l-effettività tal-kriterji stabbiliti fl-għodod ta’ konverġenza tal-AETS dwar is-superviżjoni tal-kostijiet.

Għall-finijiet ta’ dak ir-rapport, u f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-AETS fuq bażi ta’ darba b ’data dwar il-kostijiet inklużi t-tariffi, l-imposti u l-ispejjeż kollha li jiġġarrbu direttament jew indirettament mill-investituri, jew mill-kumpanija tal-maniġment b’rabta mal-operazzjonijiet tal-UCITS, u li għandhom jiġu allokati direttament jew indirettament lill-UCITS. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dik id-data disponibbli għall-AETS fis-setgħat tagħhom, li jinkludu s-setgħa li jitolbu lill-kumpaniji tal-maniġment jipprovdu informazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 98(2) ta’ din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.