+Artikolu 14b
---+Artikolu 14b 1.
---+Artikolu 14b 2.
---+Artikolu 14b 3.
---+Artikolu 14b 4.
|
Artikolu 14b
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14b 1.
|
Meta jistabbilixxu u japplikaw il-politiki tar-remunerazzjoni u prassi msemmija fl-Artikolu 14a, il-kumpaniji tal-maniġment għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin b’mod u sal-punt li jkun adattat għad-daqs tagħhom, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom:
(a)
il-politika ta’ remunerazzjoni tkun konsistenti ma’ u tippromwovi ġestjoni tajba u effettiva tar-riskju u ma tinkoraġġix teħid ta’ riskji li mhuwiex konsistenti mal-profili tar-riskju, mar-regoli jew mal-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS li l-kumpanija tal-maniġment timmaniġġa;
(b)
il-politika ta’ remunerazzjoni tkun konformi mal-istrateġija kummerċjali, mal-objettivi, mal-valuri u mal-interessi tal-kumpanija tal-maniġment u tal-UCITS li hija timmaniġġa u tal-investituri ta’ dawn l-UCITS, u tinkludi miżuri biex jiġu evitati l-konflitti ta’ interess;
(c)
il-politika ta’ remunerazzjoni tkun adottata mill-korp tal-maniġment tal-kumpanija tal-maniġment fil-funzjoni superviżorja tiegħu, u dak il-korp jadotta, u mill-inqas kull sena jirrivedi l-prinċipji ġenerali tal-politika ta’ remunerazzjoni u jkun responsabbli għal, u jissorvelja l-implimentazzjoni tagħhom; il-kompiti msemmija f’dan il-punt għandhom jitwettqu biss minn membri ta’ dak il-korp tal-maniġment li ma għandhom l-ebda funzjoni eżekuttiva fil-kumpanija tal-maniġment konċernata u li għandhom kompetenza fil-ġestjoni tar-riskju u remunerazzjoni;
(d)
l-implimentazzjoni tal-politika ta’ remunerazzjoni tiġi, mill-inqas kull sena, soġġetta għal reviżjoni interna ċentrali u indipendenti għall-konformità tagħha mal-politiki u l-proċeduri ta’ remunerazzjoni adottati mill-korp tal-maniġment fil-funzjoni superviżorja tiegħu;
(e)
persunal li huwa involut fil-funzjonijiet ta’ kontroll għandu jiġi kumpensat skont il-kisba tal-għanijiet relatati mal-funzjonijiet tiegħu, b’mod indipendenti mill-prestazzjoni tal-oqsma tan-negozju li jikkontrolla;
(f)
ir-remunerazzjoni tal-uffiċjali superjuri b’funzjonijiet ta’ ġestjoni u ta’ konformità tar-riskju tiġi ssorveljata b’mod dirett mill-kumitat ta’ remunerazzjoni, fejn ikun jeżisti tali kumitat;
(g)
fejn ir-remunerazzjoni tkun marbuta mal-prestazzjoni, l-ammont totali ta’ remunerazzjoni jkun ibbażat fuq taħlita tal-valutazzjoni fir-rigward tal-prestazzjoni tal-individwu u tal-unità tan-negozju jew tal-UCITS ikkonċernata u fir-rigward tar-riskji tagħhom u tar-riżultati kumplessivi tal-kumpanija tal-maniġment meta tiġi vvalutata l-prestazzjoni individwali, b’kont meħud ta’ kriterji finanzjarji u dawk mhux finanzjarji;
(h)
il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tkun stabbilita f’qafas pluriennali adatt għall-perijodu ta’ holding irrakkomandat lill-investituri tal-UCITS immaniġġat mill-kumpanija tal-maniġment sabiex jiġi żgurat li l-proċess tal-valutazzjoni ikun ibbażat fuq prestazzjoni aktar fit-tul tal-UCITS u r-riskji ta’ investiment tagħha u li l-ħlas reali tal-komponenti tar-remunerazzjoni bbażati fuq il-prestazzjoni jkun mifrux fuq l-istess perijodu;
(i)
remunerazzjoni varjabbli ggarantita tkun eċċezzjonali, sseħħ biss fil-kuntest ta’ reklutaġġ ta’ persunal ġdid u tkun limitata għall-ewwel sena tal-ingaġġ;
(j)
il-komponenti fissi u varjabbli tar-remunerazzjoni totali għandhom ikunu bbilanċjati b’mod xieraq u l-komponent fiss għandu jirrappreżenta proporzjon għoli biżżejjed tar-remunerazzjoni totali sabiex jippermetti l-operat ta’ politika kompletament flessibbli dwar komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni, inkluża l-possibbiltà li ma jitħallas ebda komponent varjabbli tar-remunerazzjoni;
(k)
ħlasijiet marbuta mat-terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt jirriflettu l-prestazzjoni li tkun inkisbet tul iż-żmien, u huma mfassla b’tali mod li ma jippremjawx il-fallimenti;
(l)
il-kejl tal-prestazzjoni użat biex jiġu kkalkolati l-komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni jew raggruppamenti ta’ komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni jinkludi mekkaniżmu ta’ aġġustament komprensiv li jintegra t-tipi rilevanti kollha ta’ riskji attwali u futuri;
(m)
▼C1
soġġett għall-istruttura ġuridika tal-UCITS u għar-regoli tal-fond jew għall-istrumenti ta' inkorporazzjoni tagħha, porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ mill-inqas 50 %, ta' kwalunkwe komponent varjabbli ta' remunerazzjoni jikkonsisti f'unitajiet tal-UCITS ikkonċernata, jew f'interessi ta' sjieda ekwivalenti, jew fi strumenti marbuta mal-ishma jew fi strumenti ekwivalenti mhux ta' flus b'inċentivi ugwalment effettivi bħal kwalunkwe wieħed mill-istrumenti msemmija f'dan il-punt, sakemm il-ġestjoni ta' kontijiet tal-UCITS ma tkoprix għal inqas minn 50 % tal-portafoll totali ġestit mill-kumpanija tal-maniġment, f'liema każ il-livell minimu ta' 50 % ma japplikax.
▼M4
L-istrumenti msemmija f’dan il-punt għandhom ikunu soġġetti għal politika adatta ta’ konteniment maħsuba biex l-inċentivi jiġu allinjati mal-interessi tal-kumpanija tal-maniġment u tal-UCITS li timmaniġġa, kif ukoll ma’ tal-investituri f’dawn l-UCITS. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jagħmlu restrizzjonijiet fuq it-tipi u d-disinji ta’ dawk l-istrumenti, jew jipprojbixxu ċerti strumenti kif xieraq. Dan il-punt għandu japplika kemm għall-porzjon tal-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni li ġie differit skont il-punt (n) kif ukoll għall-parti tal-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni li ma ġietx differita;
(n)
porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ mill-inqas 40 %, tal-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni, jiġi differit fuq perijodu li huwa xieraq fid-dawl tal-perijodu ta’ holding irrakkomandat lill-investituri tal-UCITS ikkonċernata u jiġi allinjat b’mod korrett man-natura tar-riskji tal-UCITS inkwistjoni.
Il-perijodu msemmi f’dan il-punt għandu jkun mill-inqas ta’ tliet snin; ir-remunerazzjoni pagabbli taħt arranġamenti ta’ differiment ma għandhiex tvesti b’rata aktar mgħaġġla minn bażi prorata; fil-każ ta’ komponent varjabbli tar-remunerazzjoni ta’ ammont partikolarment għoli, għandu jiġi differit mill-inqas 60 % tal-ammont;
(o)
ir-remunerazzjoni varjabbli, inkluża l-parti differita, għandha titħallas jew tvesti biss jekk tkun sostenibbli skont is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija tal-maniġment kollha, u ġġustifikata skont il-prestazzjoni tal-unità tan-negozju, l-UCITS u l-individwu kkonċernat.
Ir-remunerazzjoni varjabbli totali ġeneralment għandha titnaqqas b’mod konsiderevoli meta jkun hemm prestazzjoni finanzjarja baxxa jew negattiva tal-kumpanija tal-maniġment jew tal-UCITS ikkonċernata, filwaqt li għandhom jitqiesu kemm il-kumpens attwali kif ukoll it-tnaqqis fil-ħlasijiet ta’ ammonti miksuba qabel, inkluż permezz ta’ arranġamenti malus jew arranġamenti ta’ restituzzjoni;
(p)
il-politika tal-pensjonijiet għandha tkun konformi mal-istrateġija kummerċjali, mal-objettivi, il-valuri u l-interessi fit-tul tal-kumpanija tal-maniġment u tal-UCITS li timmaniġġa.
Jekk l-impjegat jitlaq mill-kumpanija tal-maniġment qabel l-irtirar, il-benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni għandhom jinżammu mill-kumpanija tal-maniġment għal perijodu ta’ ħames snin fil-forma tal-istrumenti msemmija fil-punt (m). Fil-każ ta’ impjegat li jasal għall-pensjoni, il-benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni għandhom jitħallsu lill-impjegat fil-forma tal-istrumenti msemmija fil-punt (m), soġġetti għal perijodu ta’ żamma ta’ ħames snin;
(q)
il-persunal huwa meħtieġa jimpenja ruħu li ma jużax strateġiji personali ta’ hedging jew assigurazzjoni relatata mar-remunerazzjoni u r-responsabbiltà sabiex inaqqas l-effetti tal-allinjament tar-riskju integrati fl-arranġamenti tar-remunerazzjoni tiegħu;
(r)
ir-remunerazzjoni varjabbli ma għandhiex titħallas permezz ta’ vetturi jew metodi li jagħmluha faċli li r-rekwiżiti stipulati f’ din id-Direttiva jiġu evitati.
|
|
Artikolu 14b 2.
|
F’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS tista’ titlob informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar il-politiki u prassi ta’ remunerazzjoni msemmija fl-Artikolu 14a ta’ din id-Direttiva. L-AETS, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE, għandha tinkludi fil-linji gwida tagħha dwar il-politiki ta’ remunerazzjoni dispożizzjonijiet dwar kif prinċipji differenti ta’ remunerazzjoni settorjali, bħal dawk stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
14
) u fid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
15
) għandhom jiġu applikati meta impjegati jew kategoriji oħra tal-persunal iwettqu servizzi soġġetti għal prinċipji differenti ta’ remunerazzjoni settorjali.
|
|
Artikolu 14b 3.
|
Il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal kwalunkwe benefiċċju ta’ kwalunkwe tip imħallsa mill-kumpaniji tal-maniġment, għal kwalunkwe ammont imħallas direttament mill-UCITS stess, inkluż onorarji ta’ prestazzjoni, u għal kwalunkwe trasferiment ta’ unitajiet jew ishma tal-UCITS, magħmula għall-benefiċċju ta’ dawk il-kategoriji ta’ persunal, inkluż il-maniġment superjuri, dawk li jieħdu r-riskji, il-funzjonijiet ta’ kontroll u kwalunkwe impjegat li jirċievi remunerazzjoni totali li taqa’ fil-kategorija ta’ remunerazzjoni tal-maniġment superjuri u ta’ dawk li jieħdu r-riskji, li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tagħhom jew tal-profil tar-riskju tal-UCITS li jimmaniġġaw.
|
|
Artikolu 14b 4.
|
Il-kumpaniji tal-maniġment li huma sinifikanti f’termini tad-daqs tagħhom jew tad-daqs tal-UCITS li jimmaniġġaw, tal-organizzazzjoni interna u tan-natura, ambitu u kumplessità tal-attivitajiet tagħhom għandhom jistabbilixxu kumitat ta’ remunerazzjoni. Il-kumitat ta’ remunerazzjoni għandu jiġi kkostitwit b’mod li jippermettilu jeżerċita ġudizzju kompetenti u indipendenti fir-rigward tal-politiki u prassi ta’ remunerazzjoni u ta’ inċentivi maħluqa għall-immaniġġar tar-riskju. Il-kumitat ta’ remunerazzjoni li jkun, fejn xieraq, stabbilit f’konformità mal-linji gwida tal-AETS imsemmija fl-Artikolu 14a(4) għandu jkun responsabbli għat-tħejjija ta’ deċiżjonijiet dwar ir-remunerazzjoni, inklużi dawk li għandhom implikazzjonijiet għar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju tal-kumpanija tal-maniġment jew tal-UCITS ikkonċernata, u li għandhom jittieħdu mill-korp tal-maniġment fil-funzjoni superviżorja tiegħu. Il-kumitat ta’ remunerazzjoni għandu jkun ippresedut minn membru tal-korp tal-maniġment li ma jwettaq ebda funzjoni eżekuttiva fil-kumpanija tal-maniġment konċernata. Il-membri tal-kumitat ta’ remunerazzjoni għandhom ikunu membri tal-korp tal-maniġment li ma jwettqu ebda funzjoni eżekuttiva fil-kumpanija tal-maniġment konċernata. Jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi rappreżentanza tal-impjegati fil-korp tal-maniġment, il-kumitat ta’ remunerazzjoni għandu jinkludi rappreżentant wieħed jew aktar tal-impjegati. Meta jkun qed iħejji d-deċiżjonijiet tiegħu, il-kumitat ta’ remunerazzjoni għandu jqis l-interess fit-tul tal-investituri u partijiet interessati oħra u l-interess pubbliku.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|