Artikolu 15
Il-kumpaniji tal-maniġment jew, jekk relevanti, il-kumpaniji ta’ investiment għandhom jieħdu l-miżuri skont l-Artikolu 92 u jistabbilixxu l-proċeduri u l-arranġamenti xierqa sabiex jiġi żgurat li huma jitrattaw kif jixraq mal-ilmenti tal-investituri u li ma jkun hemm ebda restrizzjoni fuq l-investituri biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fil-każ li l-kumpanija tal-maniġment tkun awtorizzata fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS. Dawk il-miżuri għandhom jippermettu lill-investituri jressqu lmenti fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tagħhom.
Il-kumpaniji tal-maniġment għandhom ukoll jistabbilixxu l-proċeduri u l-arranġamenti xierqa biex jagħmlu l-informazzjoni disponibbli fuq it-talba tal-pubbliku jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.