+Artikolu 17
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
---+Artikolu 17 7.
---+Artikolu 17 8.
---+Artikolu 17 9.
---+Artikolu 17 10.

Artikolu 17

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1.
Barra milli tissodisfa l-kundizzjonijiet imposti fl-Artikoli 6 u 7, kull kumpanija tal-maniġment li tixtieq tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor biex twettaq l-attivitajiet li għalihom tkun ġiet awtorizzata għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha.
Artikolu 17 2.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull kumpanija tal-maniġment li tixtieq tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor biex tipprovdi l-informazzjoni u d-dokumenti li ġejjin, meta tingħata n-notifika prevista fil-paragrafu 1:

(a) 

l-Istat Membri li fit-territorju tiegħu kumpanija tal-maniġment tippjana li tistabbilixxi fergħa;

(b) 

programm ta’ operazzjonijiet li jistabbilixxi l-attivitajiet u s-servizzi skont l-Artikolu 6(2) u (3) maħsuba u l-istruttura organizzazzjonali tal-fergħa li għandu jinkludi deskrizzjoni tal-proċess tal-maniġment tar-riskji li tkun stabbiliet il-kumpanija tal-maniġment. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-proċeduri u tal-arranġamenti meħuda skont l-Artikolu 15;

(c) 

l-indirizz tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment li minnu jistgħu jinkisbu d-dokumenti; u

(d) 

l-ismijiet ta’ dawk responsabbli għall-immaniġġjar tal-fergħa.

Artikolu 17 3.

Sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment ma jkollhomx raġuni jiddubitaw l-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva jew is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ kumpanija tal-maniġment, b’kont meħud tal-attivitajiet previsti, għandhom, fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2, jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment u għandhom jinfurmaw lill-kumpanija tal-maniġment kif dovut. Għandhom ukoll jikkomunikaw dettalji ta’ kwalunkwe skema ta’ kumpens maħsuba biex tipproteġi lill-investituri.

Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment jirrifjutaw li jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment, għandhom jagħtu r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom lill-kumpanija tal-maniġment konċernata fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha. Ir-rifjut jew nuqqas li tingħata tweġiba għandhom ikunu suġġetti għad-dritt li wieħed jirrikorri għall-qrati fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment.

Meta kumpanija tal-maniġment tkun tixtieq twettaq is-servizz tal-attivita’ ta’ġestjoni ta’ portafolli kollettivi kif imsemmi fl-Anness II, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jinkludu mad-dokumenti mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment, attestazzjoni li l-kumpanija tal-maniġment ġiet awtorizzata skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, deskrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment u d-dettalja dwar kull restrizzjoni tat-tipi ta’ UCITS li l-kumpanija tal-maniġment hi awtorizzata li timmaniġġja.

Artikolu 17 4.
Kumpanija tal-maniġment li twettaq attivitajiet permezz ta’ -fergħa fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkonformaw mar-regoli mfassla mill-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment bi qbil mal-Artikolu 14.
Artikolu 17 5.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment għandhom ikunu responsabbli għas-sorveljanza tal-konformità mal-paragrafu 4.
Artikolu 17 6.
Qabel ma l-fergħa ta’ kumpanija tal-maniġment tibda n-negozju, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment għandhom, fi żmien xahar minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, jippreparaw għas-superviżjoni tal-konformità tal-kumpanija tal-maniġment mar-regoli fir-responsabilità tagħhom.
Artikolu 17 7.
Meta tiġi riċevuta komunikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment jew meta jiskadi l-perjodu previst fil-paragrafu 4 mingħajr riċevuta ta’ kwalunkwe komunikazzjoni minn dawk l-awtoritajiet, il-fergħa tista’ tiġi stabbilita u tibda n-negozju.
Artikolu 17 8.
Fil-każ ta’ bidla ta’ xi dettalji kkomunikati skont il-paragrafi 2(b), (c) jew (d), kumpanija tal-maniġment għandha tagħti notifika bil-miktub ta’ dik il-bidla lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment u tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment mill-inqas xahar qabel ma tiġi implimentata l-bidla sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni dwar il-bidla taħt il-paragrafu 3 u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment jistgħu jagħmlu hekk skont il-paragrafu 6.

Meta, skont tibdil kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-kumpanija maniġerjali ma tibqax konformi ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija maniġerjali għandhom jinformaw lill-kumpanija maniġerjali fi żmien 15-il jum ta' xogħol minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu li ma għandhiex timplimenta dak it-tibdil. F'dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija maniġerjali għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija maniġerjali kif xieraq.

Meta tibdil imsemmi fl-ewwel subparagrafu jiġi implimentat wara li tkun ġiet trasmessa informazzjoni f'konformità mat-tieni subparagrafu u skont dan it-tibdil il-kumpanija maniġerjali ma tibqax konformi ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija maniġerjali għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha f'konformità mal-Artikolu 98, u għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija maniġerjali mingħajr dewmien żejjed tal-miżuri meħuda.

Artikolu 17 9.

Fil-każ ta’ bidla fid-dettalji kkomunikati skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jinfurmaw l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment kif suppost.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandha taġġorna l-informazzjoni li tinsab fl-attestazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 u tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment kull meta jkun hemm bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment jew fid-dettalji ta’ kull restrizzjoni tat-tipi ta’ UCITS li l-kumpanija tal-maniġment hi awtorizzata li timmaniġġja.

Artikolu 17 10.

Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata skont il-paragrafi 1, 2, 3, 8 u 9.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Sabiex tiżgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri għat-trasmissjoni tal-informazzjoni skont il-paragrafi 3 u 9.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.