Fil-każ ta’ bidla fid-dettalji kkomunikati skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jinfurmaw l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment kif suppost.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandha taġġorna l-informazzjoni li tinsab fl-attestazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 u tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment kull meta jkun hemm bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment jew fid-dettalji ta’ kull restrizzjoni tat-tipi ta’ UCITS li l-kumpanija tal-maniġment hi awtorizzata li timmaniġġja.