+Artikolu 18
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.

Artikolu 18

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.

Kull kumpanija tal-maniġment li tixtieq twettaq l-attivitajiet li għalihom ġiet awtorizzata fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għall-ewwel darba skont il-libertà li jiġu provduti servizzi għandha tikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment:

(a) 

l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-kumpannija tal-maniġment għandha intenzjoni li topera; u

(b) 

programm ta’ operazzjonijiet li jsemmi l-attivitajiet u s-servizzi msemmija fl-Artikolu 6(2) u (3) previsti li għandu jinkludi deskrizzjoni tal-proċess tal-maniġment tar-riskji li tkun stabbiliet il-kumpanija tal-maniġment. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-proċeduri u tal-arranġamenti meħuda skont l-Artikolu 15.

Artikolu 18 2.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom, fi żmien xahar minn meta jirċievu n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, jgħadduha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ kumpanija tal-maniġment għandhom ukoll jikkomunikaw id-dettalji ta’ kull skema ta’ kumpens applikabbli maħsuba biex tipproteġi lill-investituri.

Meta kumpanija tal-maniġment tkun tixtieq twettaq l-attivita’ tal-maniġment ta’ portafolli kollettivi kif imsemmi fl-Anness II, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jinkludu mad-dokumenti mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-kumpanija tal-maniġment, attestazzjoni li l-kumpanija tal-maniġment ġiet awtorizzata skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, deskrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment u d-dettalja dwar kull restrizzjoni tat-tipi ta’ UCITS li l-kumpanija tal-maniġment hi awtorizzata li timmaniġġja.

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 u l-Artikolu 93, il-kumpanija tal-maniġment tista’ mbagħad tibda negozju fl-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment.

Artikolu 18 3.
Kumpanija tal-maniġment li twettaq attivitajiet taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandhom jikkonformaw mar-regoli mfassla mill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment skont l-Artikolu 14.
Artikolu 18 4.
Fejn il-kontenut tal-informazzjoni kkomunikata skont il-paragrafu 1(b) jiġi emendat, il-kumpanija tal-maniġment għandha tagħti notifika tal-emenda bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment u tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment qabel ma timplimenta l-bidla. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domicilju tal-kumpanija tal-maniġment għandha taġġorna l-informazzjoni li tinsab fl-attestazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment kull meta jkun hemm bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment jew fid-dettalji ta’ kull restrizzjoni tat-tipi ta’ UCITS li l-kumpanija tal-maniġment hi awtorizzata li timmaniġġja.
Artikolu 18 5.

Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l- AETStista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata skont il-paragrafi 1, 2 u 4.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Sabiex tiżgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri għat-trasmissjoni tal-informazzjoni skont il-paragrafi 2 u 4.

Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.