|
+Artikolu 18 2. |
Artikolu 18 2.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom, fi żmien xahar minn meta jirċievu n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, jgħadduha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ kumpanija tal-maniġment għandhom ukoll jikkomunikaw id-dettalji ta’ kull skema ta’ kumpens applikabbli maħsuba biex tipproteġi lill-investituri. Meta kumpanija tal-maniġment tkun tixtieq twettaq l-attivita’ tal-maniġment ta’ portafolli kollettivi kif imsemmi fl-Anness II, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jinkludu mad-dokumenti mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-kumpanija tal-maniġment, attestazzjoni li l-kumpanija tal-maniġment ġiet awtorizzata skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, deskrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment u d-dettalja dwar kull restrizzjoni tat-tipi ta’ UCITS li l-kumpanija tal-maniġment hi awtorizzata li timmaniġġja. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 u l-Artikolu 93, il-kumpanija tal-maniġment tista’ mbagħad tibda negozju fl-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|