+Artikolu 19
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
---+Artikolu 19 7.
---+Artikolu 19 8.

Artikolu 19

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1.
Kumpanija tal-maniġment li twettaq attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli kollettivi fuq bażi transkonfinali permezz tat-twaqqif ta’ fergħa jew taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandha tikkonforma mar-regoli tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment li huma relatati mal-organizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment, inklużi l-arranġamenti dwar id-delegazzjoni, il-proċeduri għall-immaniġġjar tar-riskju, ir-regoli u s-sorveljanza prudenzjali, il-proċeduri msemmijin fl-Artikolu 12 u r-rekwiżiti ta’ rrapurtar tal-kumpanija tal-maniġment. Dawk ir-regoli ma għandhomx ikunu aktar stretti minn dawk ir-regoli applikabbli għall-kumpaniji tal-maniġment li jmexxu l-attivitajiet tagħhom fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom biss.
Artikolu 19 2.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment huma responsabbli għas-sorveljanza tal-konformità mal-paragrafu 1.
Artikolu 19 3.

Kumpanija tal-maniġment li twettaq attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli kollettivi fuq bażi transkonfinali permezz tat-twaqqif ta’ fergħa jew skont il-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandha tikkonforma mar-regoli tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li huma relatati mat-twaqqif u l-funzjonament tal-UCITS, b’ mod partikolari r-regoli applikabbli għal:

(a) 

it-twaqqif u l-awtorizzazzjoni tal-UCITS;

(b) 

il-ħruġ u l-fidwa tal-unitajiet u l-ishma;

(c) 

il-linji politiċi u l-limiti tal-investimenti, inkluż l-ikkalkular tal-esponiment u l-leverage totali;

(d) 

ir-restrizzjonijiet fuq is-self u fuq il-bejgħ mhux kopert ta’ titoli (uncovered sales);

(e) 

il-valutazzjoni tal-assi u l-kontabilità tal-UCITS;

(f) 

il-kalkulazzjoni tal-prezz tal-ħruġ u/jew il-prezz tal-fidwa, u l-iżbalji fil-kalkulazzjoni tal-valur nett tal-assi u l-kumpens relatat tal-investituri;

(g) 

id-distribuzzjoni jew l-investiment mill-ġdid tad-dħul;

(h) 

ir-rekwiżiti ta’ żvelar u rrapurtar tal-UCITS, inklużi l-prospett, it-tagħrif ewlieni għall-investituri u r-rapporti perjodiċi;

(i) 

l-arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni;

(j) 

ir-relazzjoni mat-titolari tal-unitajiet;

(k) 

il-merger u r-ristrutturazzjoni tal-UCITS;

(l) 

l-istralċ u l-likwidazzjoni tal-UCITS;

(m) 

fejn japplika, il-kontenut tar-reġistru tat-titolari tal-unitajiet;

(n) 

id-drittijiet tal-liċenzji u tas-sorveljanza għall-UCITS; u

(o) 

l-eżerċitar tad-drittijiet ta’ vvutar tat-titolari tal-unitajiet u drittijiet oħra tat-titolari tal-unitajiet relatati mal-punti (a) sa (m).

Artikolu 19 4.
Il-kumpanija tal-maniġment għandha tikkonforma mal-obbligi stipulati fir-regoli dwar il-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni u l-obbligi stipulati fil-prospett, li għandhom ikunu konsistenti mal-liġi applikabbli kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 3.
Artikolu 19 5.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment huma responsabbli għas-sorveljanza tal-konformità fir-rigward mal-paragrafi 3 u 4.
Artikolu 19 6.
Il-kumpanija tal-maniġment għandha tiddeċiedi u tkun responsabbli għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-arranġamenti u d-deċiżjonijiet organizzattivi kollha li jkun hemm bżonn sabiex tkun żgurata konformità mar-regoli li għandhom x’jaqsmu mat-twaqqif u l-funzjonament tal-UCITS u mal-obbligi stipulati fir-regoli dwar il-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, u fl-obbligi stipulati fil-prospett.
Artikolu 19 7.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom ikunu responsabbli biex jissorveljaw kemm huma xierqa l-arranġamenti u l-organizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment sabiex il-kumpanija tal-maniġment tkun f’pożizzjoni li tikkonforma mal-obbligi u r-regoli li għandhom x’jaqsmu mat-twaqqif u l-funzjonament tal-UCITS kollha li timmaniġġja.
Artikolu 19 8.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull kumpanija tal-maniġment awtorizzata fi Stat Membru ma tkun suġġetta għall-ebda rekwiżit addizzjonali stabbilit fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS fir-rigward tal-oqsma koperti minn din id-Direttiva, apparti fil-każi espliċitament imsemmijin f’din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.