L-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment jista’ jeħtieġ lil kumpaniji tal-maniġment, li jwettqu negozju fit-territorju tiegħu permezz tat-twaqqif ta’ fergħa jew il-libertà li jipprovdu s-servizzi, li jipprovdu l-informazzjoni neċessarja għall-monitoragg tal-konformità tagħhom mar-regoli fir-responsabilità tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment li japplikaw għalihom.
Dawk ir-rekwiżiti m’ għandhomx ikunu iktar stretti minn dawk li l-istess Stat Membru jimponi fuq kumpaniji tal-maniġment awtorizzati f’dak l-Istat Membru għall-monitoraġġ tal-konformità tagħhom mal-istess standards.
Il-kumpaniji tal-maniġment għandhom jiżguraw li l-proċeduri u l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 15 jagħmluha possibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS biex jottjenu l-informazzjoni msemmija f’ dan il-paragrafu direttament mingħand il-kumpanija tal-maniġment.