+Artikolu 21
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
---+Artikolu 21 6.
---+Artikolu 21 7.
---+Artikolu 21 8.
---+Artikolu 21 9.

Artikolu 21

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1.
L-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment jista’, għal raġunijiet ta’ statistika, jeħtieġ lill-kumpaniji kollha tal-maniġment b’fergħat fit-territorju tiegħu biex jirrappurtaw perjodikament dwar l-attivitajiet mwettqa fl-Istat Membru ospitant lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment.
Artikolu 21 2.

L-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment jista’ jeħtieġ lil kumpaniji tal-maniġment, li jwettqu negozju fit-territorju tiegħu permezz tat-twaqqif ta’ fergħa jew il-libertà li jipprovdu s-servizzi, li jipprovdu l-informazzjoni neċessarja għall-monitoragg tal-konformità tagħhom mar-regoli fir-responsabilità tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment li japplikaw għalihom.

Dawk ir-rekwiżiti m’ għandhomx ikunu iktar stretti minn dawk li l-istess Stat Membru jimponi fuq kumpaniji tal-maniġment awtorizzati f’dak l-Istat Membru għall-monitoraġġ tal-konformità tagħhom mal-istess standards.

Il-kumpaniji tal-maniġment għandhom jiżguraw li l-proċeduri u l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 15 jagħmluha possibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS biex jottjenu l-informazzjoni msemmija f’ dan il-paragrafu direttament mingħand il-kumpanija tal-maniġment.

Artikolu 21 3.
Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment jaċċertaw li kumpanija tal-maniġment li jkollha fergħa jew tipprovdi servizzi fit-territorju tiegħu qiegħda tikser xi waħda mir-regoli fir-responsabilità tagħha, dawk l-awtoritajiet għandhom jeħtieġu li l-kumpanija tal-maniġment konċernata ġġib fi tmiem dak il-ksur u jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment b’ dan.
Artikolu 21 4.
Jekk il-kumpanija tal-maniġment konċernata tirrifjuta li tipprovdi lill-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment bl-informazzjoni li taqgħa taħt ir-responsabbilita’ tagħha, jew tonqos milli tieħu l-passi neċessarji biex iġġib fi tmiem il-ksur msemmi fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment b’dan. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom, mal-ewwel opportunità li jkollhom, jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw li l-kumpanija tal-maniġment konċernata tipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Istat Membri ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment skont il-paragrafu 2 jew iġib dan il-ksur fi tmiemu. In-natura ta’ dawk il-miżuri għandha tkun ikkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment.
Artikolu 21 5.

Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpannija tal-maniġment jew minħabba li tali miżuri huma inadegwati jew m’humiex disponibbli fl-Istat Membru inkwistjoni, il-kumpannija tal-maniġment tkompli tirrifjuta li tipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Istat Membru ospitanti tal-kumpannija tal-maniġment skont il-paragrafu 2, jew tippersisti fil-ksur tad-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji, imsemmija fl-istess paragrafu, fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti tal-kumpannija tal-maniġment, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpannija tal-maniġment jistgħu jieħdu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a) 

wara li jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpannija tal-maniġment, jieħdu miżuri adatti, inkluż taħt l-Artikoli 98 u 99, biex jipprevjenu jew jippenalizzaw aktar irregolaritajiet u, sa fejn ikun meħtieġ, biex jipprevjenu li dik il-kumpannija tal-maniġment tibda kwalunkwe transazzjoni oħra fit-territorju tagħha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fit-territorji tagħhom huwa possibbli li jiġu ppreżentati d-dokumenti legali meħtieġa għal dawk il-miżuri dwar il-kumpanniji tal-maniġment. Meta s-servizz provdut fl-Istat Membru ospitanti tal-kumpannija tal-maniġment ikun l-immaniġġjar ta’ UCITS, l-Istat Membru ospitanti tal-kumpannija tal-maniġment jista’ jirrikjedi li l-kumpannija tal-maniġment ma tibqax timmaniġġja dik il-UCITS; jew

(b) 

fejn huma jikkunsidraw li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpannija tal-maniġment ma tkunx aġixxiet b’mod adegwat, jirreferu l-kwistjoni lill-AETS), li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat ikonferiti lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (EU) Nru 1095/2010.

Artikolu 21 6.
Kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafi 4 jew 5 li tinvolvi miżuri jew penalitajiet għandha tkun iġġustifikata kif dovut u kkomunikata lill-kumpanija tal-maniġment konċernata. Kull miżura ta’ dan it-tip għandha tkun suġġetta għad-dritt ta’ appell fil-qrati tal-Istati Membri li jkunu addottawha.
Artikolu 21 7.

Qabel ma tiġi segwita l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3, 4 jew 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpannija tal-maniġment jistgħu, f’emerġenzi, jieħdu kwalunkwe miżura prekawzjonarja neċessarja biex ikunu protetti l-interessi tal-investituri u oħrajn li kienu pprovduti b’servizzi. Il-Kummissjoni, l-AT S) u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati għandhom jiġu informati b’tali miżuri mill-iktar fis possibbli.

Wara li tikkonsulta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tista’ tiddeċidi li l-Istat Membru in kwestjoni għandu jemenda jew jabolixxi dawk il-miżuri, mingħajr preġudizzju għall-poter tal-ATES skont it-termini tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 21 8.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jikkonsultaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS qabel ma jirtiraw l-awtorizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment. F’każi tali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jissalvagwardjaw l-interessi tal-investituri. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu deċiżjonijiet li jwaqqfu lill-kumpanija tal-maniġment konċernata milli tibda operazzjonijiet ulterjuri fit-territorju tagħhom.

Kull sentejn il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport dwar każijiet bħal dawn.

Artikolu 21 9.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-AETS u lill-Kummissjoni bin-numru u t-tip ta’ każijiet li fihom huma rrifjutaw l-awtorizzazzjoni taħt l-Artikolu 17 jew applikazzjoni taħt l-Artikolu 20 u bi kwalunkwe miżuri li ttieħdu skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

▼B

Kull sentejn il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport dwar każijiet bħal dawn.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.