L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jikkonsultaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS qabel ma jirtiraw l-awtorizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment. F’każi tali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jissalvagwardjaw l-interessi tal-investituri. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu deċiżjonijiet li jwaqqfu lill-kumpanija tal-maniġment konċernata milli tibda operazzjonijiet ulterjuri fit-territorju tagħhom.
Kull sentejn il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport dwar każijiet bħal dawn.