|
+Artikolu 22 3. |
Artikolu 22 3.Id-depożitarju għandu:
(a)
jiżgura li l-bejgħ, il-ħruġ, ir-riakkwist, it-tifdija u l-kanċellazzjoni ta’ unitajiet tal-UCITS jitwettqu skont il-liġi nazzjonali applikabbli u r-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni;
(b)
jiżgura li l-valur tal-unitajiet tal-UCITS jiġi kkalkulat skont il-liġi nazzjonali applikabbli u r-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni;
(c)
iwettaq l-istruzzjonijiet tal-kumpanija tal-maniġment jew ta’ kumpanija tal-investiment, sakemm dawn ma jkunux f’konflitt mal-liġi nazzjonali applikabbli, jew mar-regoli tal-fond jew mal-istrumenti ta’ inkorporazzjoni;
(d)
jiżgura li fi transazzjonijiet li jinvolvu l-assi tal-UCITS, kwalunkwe korrispettiv tintbagħat lill-UCITS fil-limiti taż-żmien tas-soltu;
(e)
jiżgura li l-introjtu tal-UCITS jiġi applikat skont il-liġi nazzjonali applikabbli u r-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|