+Artikolu 22
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 22 6.
---+Artikolu 22 7.
---+Artikolu 22 8.

Artikolu 22

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1.
Kumpanija tal-investiment u, għal kull wieħed mill-fondi komuni li timmaniġġa, kumpanija tal-maniġment għandha tiżgura li jinħatar depożitarju wieħed skont dan il-Kapitolu.
Artikolu 22 2.
Il-ħatra tad-depożitarju għandha tiġi evidenzjata permezz ta’ kuntratt bil-miktub.

Il-kuntratt, fost affarijiet oħra, għandu jirregola l-fluss ta’ informazzjoni meqjusa neċessarja biex id-depożitarju jkun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu għall-UCITS li għalih ikun inħatar bħala depożitarju, kif stabbilit f’din id-Direttiva u fil-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi rilevanti l-oħra.

Artikolu 22 3.

Id-depożitarju għandu:

(a) 

jiżgura li l-bejgħ, il-ħruġ, ir-riakkwist, it-tifdija u l-kanċellazzjoni ta’ unitajiet tal-UCITS jitwettqu skont il-liġi nazzjonali applikabbli u r-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni;

(b) 

jiżgura li l-valur tal-unitajiet tal-UCITS jiġi kkalkulat skont il-liġi nazzjonali applikabbli u r-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni;

(c) 

iwettaq l-istruzzjonijiet tal-kumpanija tal-maniġment jew ta’ kumpanija tal-investiment, sakemm dawn ma jkunux f’konflitt mal-liġi nazzjonali applikabbli, jew mar-regoli tal-fond jew mal-istrumenti ta’ inkorporazzjoni;

(d) 

jiżgura li fi transazzjonijiet li jinvolvu l-assi tal-UCITS, kwalunkwe korrispettiv tintbagħat lill-UCITS fil-limiti taż-żmien tas-soltu;

(e) 

jiżgura li l-introjtu tal-UCITS jiġi applikat skont il-liġi nazzjonali applikabbli u r-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni.

Artikolu 22 4.

Id-depożitarju għandu jiżgura li l-flussi tal-flus tal-UCITS jiġu mmonitorjati sew, u b’mod partikolari li l-ħlasijiet kollha magħmula minn, jew għan-nom ta’, investituri mas-sottoskrizzjoni ta’ unitajiet tal-UCITS ġew irċevuti, u li l-flus kollha tal-UCITS iddaħħlu f’kontijiet tal-flus li:

(a) 

jinfetħu f’isem l-UCITS jew f’isem il-kumpanija tal-maniġment li taġixxi f’isem l-UCITS, jew f’isem id-depożitarju li jaġixxi f’isem l-UCITS;

(b) 

jinfetħu f’entità msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE ( 17 ); u

(c) 

jinżammu skont il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/73/KE.

Fejn il-kontijiet tal-flus jinfetħu f’isem id-depożitarju li jaġixxi f’isem l-UCITS, l-ebda flus tal-entità msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu u l-ebda parti mill-flus proprji tad-depożitarju ma għandhom jiddaħħlu f’dawn il-kontijiet.

Artikolu 22 5.

L-assi tal-UCITS għandhom jiġu fdati għand id-depożitarju għas-salvagwardja kif ġej:

(a) 

għal strumenti finanzjarji li jistgħu jinżammu f’kustodja, id-depożitarju għandu:

(i) 

iżomm f’kustodja l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jiġu rreġistrati f’kont ta’ strumenti finanzjarji miftuħ fil-kotba tad-depożitarju, kif ukoll l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jiġu mogħtija fiżikament lid-depożitarju;

(ii) 

jiżgura li l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jiġu rreġistrati f’kont ta’ strumenti finanzjarji li jkun infetaħ fil-kotba tad-depożitarju jiġu rreġistrati fil-kotba tad-depożitarju f’kontijiet segregati skont il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/73/KE, li jkunu nfetħu f’isem l-UCITS jew il-kumpanija tal-maniġment li tkun qed taġixxi f’isem l-UCITS, sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar bħala li jappartjenu lill-UCITS f’konformità mal-liġi applikabbli f’kull ħin;

(b) 

għal assi oħra, id-depożitarju għandu:

(i) 

jivverifika s-sjieda mill-UCITS jew mill-kumpanija tal-maniġment li taġixxi f’isem l-UCITS, ta’ dawn l-assi billi jivvaluta jekk l-UCITS jew il-kumpanija tal-maniġment li taġixxi f’isem l-UCITS jkollhiex is-sjieda abbażi tal-informazzjoni jew id-dokumenti pprovduti mill-UCITS jew mill-kumpanija tal-maniġment u, fejn disponibbli, minn evidenza esterna;

(ii) 

iżomm rekord ta’ dawk l-assi li dwarhom ikun sodisfatt li l-UCITS jew il-kumpanija tal-maniġment li taġixxi f’isem l-UCITS jkollha s-sjieda u jżomm dak ir-reġistru aġġornat.

Artikolu 22 6.
Id-depożitarju għandu jipprovdi lill-kumpanija tal-maniġment jew lill-kumpanija ta’ investiment, fuq bażi regolari, b’inventarju komprensiv tal-assi kollha tal-UCITS.
Artikolu 22 7.
L-assi li jinżammu f’kustodja mid-depożitarju ma għandhomx jerġgħu jintużaw mid-depożitarju, jew minn xi parti terza li lilha tkun ġiet iddelegata l-funzjoni ta’ kustodja akkont proprju. L-użu mill-ġdid jinkludi kwalunkwe tranżazzjoni ta’ assi miżmuma f’kustodja inkluż, iżda mhux limitat għal, trasferiment, ippleġġjar, bejgħ u self.

L-assi miżmuma f’kustodja mid-depożitarju jistgħu jitħallew jerġgħu jintużaw biss fejn:

(a) 

l-użu mill-ġdid hu eżegwit għal kont tal-UCITS;

(b) 

id-depożitarju jkun qed iwettaq l-istruzzjonijiet tal-kumpanija tal-maniġment f’isem l-UCITS;

(c) 

l-użu mill-ġdid ikun għall-benefiċċju tal-UCITS u l-interess tad-detenturi tal-unità; u

(d) 

it-transazzjoni jkunu koperti mill-kollateral ta’ kwalità għolja u likwidu riċevut mill-UCTIS taħt arranġament ta’ trasferiment ta’ titoli.

Il-valur tas-suq tal-kollateral għandu, f’kull ħin, jammonta għal tal-inqas il-valur tas-suq tal-assi li intużaw mill-ġdid flimkien ma’ primjum.

Artikolu 22 8.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’każ ta’ insolvenza tad-depożitarju u/jew ta’ kwalunkwe parti terza lokalizzata fl-Unjoni li lilha tkun ġiet iddelegata l-kustodja tal-assi tal-UCITS, l-assi ta’ UCITS miżmuma f’kustodja ma jkunux disponibbli għal distribuzzjoni fost jew realizzazzjoni għall-benefiċċju tal-kredituri ta’ tali depożitarju u/jew tali parti terza.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.