|
+Artikolu 22 5. |
Artikolu 22 5.L-assi tal-UCITS għandhom jiġu fdati għand id-depożitarju għas-salvagwardja kif ġej:
(a)
għal strumenti finanzjarji li jistgħu jinżammu f’kustodja, id-depożitarju għandu:
(i)
iżomm f’kustodja l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jiġu rreġistrati f’kont ta’ strumenti finanzjarji miftuħ fil-kotba tad-depożitarju, kif ukoll l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jiġu mogħtija fiżikament lid-depożitarju;
(ii)
jiżgura li l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jiġu rreġistrati f’kont ta’ strumenti finanzjarji li jkun infetaħ fil-kotba tad-depożitarju jiġu rreġistrati fil-kotba tad-depożitarju f’kontijiet segregati skont il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/73/KE, li jkunu nfetħu f’isem l-UCITS jew il-kumpanija tal-maniġment li tkun qed taġixxi f’isem l-UCITS, sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar bħala li jappartjenu lill-UCITS f’konformità mal-liġi applikabbli f’kull ħin;
(b)
għal assi oħra, id-depożitarju għandu:
(i)
jivverifika s-sjieda mill-UCITS jew mill-kumpanija tal-maniġment li taġixxi f’isem l-UCITS, ta’ dawn l-assi billi jivvaluta jekk l-UCITS jew il-kumpanija tal-maniġment li taġixxi f’isem l-UCITS jkollhiex is-sjieda abbażi tal-informazzjoni jew id-dokumenti pprovduti mill-UCITS jew mill-kumpanija tal-maniġment u, fejn disponibbli, minn evidenza esterna;
(ii)
iżomm rekord ta’ dawk l-assi li dwarhom ikun sodisfatt li l-UCITS jew il-kumpanija tal-maniġment li taġixxi f’isem l-UCITS jkollha s-sjieda u jżomm dak ir-reġistru aġġornat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|