+Artikolu 22a
---+Artikolu 22a 1.
---+Artikolu 22a 2.
---+Artikolu 22a 3.
---+Artikolu 22a 4.

Artikolu 22a

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22a 1.
Id-depożitarju ma għandux jiddelega lil partijiet terzi l-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22(3) u (4).
Artikolu 22a 2.

Id-depożitarju jista’ jiddelega lil partijiet terzi l-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22(5) biss fejn:

(a) 

il-kompiti ma jkunux ġew iddelegati bl-intenzjoni li jiġu evitati r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;

(b) 

id-depożitarju jista’ juri li hemm raġuni oġġettiva għad-delega;

▼M12

(c) 

id-depożitarju jkun eżerċita l-ħila, l-attenzjoni u d-diliġenza kollha dovuti fl-għażla u l-ħatra ta’ kwalunkwe parti terza li lilha jkollu l-intenzjoni jiddelega partijiet mill-kompiti tiegħu, ħlief meta dik il-parti terza tkun depożitorju ċentrali tat-titoli li jaġixxi fil-kapaċità ta’ CSD investitur kif definit fl-att delegat adottat f’konformità mal-Artikoli 29(3) u 48(10) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 u jkompli jeżerċita l-ħila, l-attenzjoni u d-diliġenza kollha dovuta fir-rieżami perjodiku u l-monitoraġġ kontinwu ta’ kwalunkwe parti terza li lilha jkun iddelega partijiet mill-kompiti tiegħu u tal-arranġamenti tal-parti terza fir-rigward tal-materji ddelegati lilha.

▼M4

Artikolu 22a 3.

Il-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22(5) jistgħu jiġu ddelegati mid-depożitarju lil parti terza biss fejn dik il-parti terza f’kull ħin matul it-twettiq tal-kompiti ddelegati lilha:

(a) 

ikollha strutturi u kompetenza esperta li huma adegwati u proporzjonati man-natura u l-kumplessità tal-assi tal-UCITS jew tal-kumpanija tal-maniġment li tkun qed taġixxi f’isem il-UCITS li jkunu ġew fdati lilha;

(b) 

għal kompiti tal-kustodja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 22(5), tkun soġġetta għal:

(i) 

regolamentazzjoni prudenzjali effettiva, inkluż rekwiżiti kapitali minimi, u superviżjoni fil-ġurisdizzjoni konċernata;

(ii) 

awditu estern perjodiku biex jiġi żgurat li l-istrumenti finanzjarji jinsabu fil-pussess tagħha;

(c) 

tissegrega l-assi tal-klijenti tad-depożitarju mill-assi proprji u mill-assi tad-depożitarju b’tali mod li fi kwalunkwe ħin dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar bħala li jappartjenu lill-klijenti ta’ depożitarju partikolari;

(d) 

tieħu l-passi kollha raġonevoli biex jiżgura li f’każ ta’ insolvenza ta’ parti terza, l-assi ta’ UCITS miżmuma f’kustodja mill-parti terza ma jkunux disponibbli għal distribuzzjoni fost, jew realizzazzjoni għall-benefiċċju tal-kredituri tal-parti terza; u

(e) 

tkun konformi mal-obbligi ġenerali u mal-projbizzjonijiet stipulati fil-Artikolu 22(2), (5) u (7) u fl-Artikolu 25.

Minkejja l-punt (b)(i) tal-ewwel subparagrafu, fejn il-liġi ta’ pajjiż terz titlob li ċerti strumenti finanzjarji jinżammu f’kustodja minn entità lokali u l-ebda entità lokali ma tissodisfa r-rekwiżiti tad-delega stabbiliti f’dak il-punt, id-depożitarju jista’ jiddelega l-funzjonijiet tiegħu lil din l-entità lokali sal-punt meħtieġ mil-liġi tal-pajjiż terz biss, u biss sakemm ma jkunx hemm entitajiet lokali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-delega, u biss fejn:

(a) 

l-investituri tal-UCITS rilevanti qabel l-investiment tagħhom, jiġu infurmati kif dovut, dwar il-fatt li tali delega hija meħtieġa minħabba l-limitazzjonijiet legali fil-liġi tal-pajjiż terz, taċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw id-delega u tar-riskji involuti f’tali delega;

(b) 

l-UCITS, jew il-kumpanija tal-maniġment f’isem l-UCITS, tkun tat struzzjonijiet lid-depożitarju biex jiddelega l-kustodja ta’ tali strumenti finanzjarji lil tali entità lokali.

Il-parti terza tista’, suċċessivament, tissottodelega dawk il-funzjonijiet, soġġett għall-istess rekwiżiti. F’dan il-każ, l-Artikolu 24(2) għandu japplika mutatis mutandis għall-partijiet rilevanti.

Artikolu 22a 4.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-għoti ta’ servizzi minn depożitorju ċentrali tat-titoli li jaġixxi fil-kapaċità ta’ CSD emittent, kif definit fl-att delegat adottat f’konformità mal-Artikoli 29(3) u 48(10) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, ma għandux jitqies bħala delega tal-funzjonijiet ta’ kustodja tad-depożitarju. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-għoti ta’ servizzi minn depożitorju ċentrali tat-titoli li jaġixxi fil-kapaċità ta’ CSD investitur, kif definit fl-att delegat, għandu jitqies bħala delega tal-funzjonijiet ta’ kustodja tad-depożitarju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.