|
+Artikolu 22a 3. |
Artikolu 22a 3.Il-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22(5) jistgħu jiġu ddelegati mid-depożitarju lil parti terza biss fejn dik il-parti terza f’kull ħin matul it-twettiq tal-kompiti ddelegati lilha:
(a)
ikollha strutturi u kompetenza esperta li huma adegwati u proporzjonati man-natura u l-kumplessità tal-assi tal-UCITS jew tal-kumpanija tal-maniġment li tkun qed taġixxi f’isem il-UCITS li jkunu ġew fdati lilha;
(b)
għal kompiti tal-kustodja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 22(5), tkun soġġetta għal:
(i)
regolamentazzjoni prudenzjali effettiva, inkluż rekwiżiti kapitali minimi, u superviżjoni fil-ġurisdizzjoni konċernata;
(ii)
awditu estern perjodiku biex jiġi żgurat li l-istrumenti finanzjarji jinsabu fil-pussess tagħha;
(c)
tissegrega l-assi tal-klijenti tad-depożitarju mill-assi proprji u mill-assi tad-depożitarju b’tali mod li fi kwalunkwe ħin dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar bħala li jappartjenu lill-klijenti ta’ depożitarju partikolari;
(d)
tieħu l-passi kollha raġonevoli biex jiżgura li f’każ ta’ insolvenza ta’ parti terza, l-assi ta’ UCITS miżmuma f’kustodja mill-parti terza ma jkunux disponibbli għal distribuzzjoni fost, jew realizzazzjoni għall-benefiċċju tal-kredituri tal-parti terza; u
(e)
tkun konformi mal-obbligi ġenerali u mal-projbizzjonijiet stipulati fil-Artikolu 22(2), (5) u (7) u fl-Artikolu 25. Minkejja l-punt (b)(i) tal-ewwel subparagrafu, fejn il-liġi ta’ pajjiż terz titlob li ċerti strumenti finanzjarji jinżammu f’kustodja minn entità lokali u l-ebda entità lokali ma tissodisfa r-rekwiżiti tad-delega stabbiliti f’dak il-punt, id-depożitarju jista’ jiddelega l-funzjonijiet tiegħu lil din l-entità lokali sal-punt meħtieġ mil-liġi tal-pajjiż terz biss, u biss sakemm ma jkunx hemm entitajiet lokali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-delega, u biss fejn:
(a)
l-investituri tal-UCITS rilevanti qabel l-investiment tagħhom, jiġu infurmati kif dovut, dwar il-fatt li tali delega hija meħtieġa minħabba l-limitazzjonijiet legali fil-liġi tal-pajjiż terz, taċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw id-delega u tar-riskji involuti f’tali delega;
(b)
l-UCITS, jew il-kumpanija tal-maniġment f’isem l-UCITS, tkun tat struzzjonijiet lid-depożitarju biex jiddelega l-kustodja ta’ tali strumenti finanzjarji lil tali entità lokali. Il-parti terza tista’, suċċessivament, tissottodelega dawk il-funzjonijiet, soġġett għall-istess rekwiżiti. F’dan il-każ, l-Artikolu 24(2) għandu japplika mutatis mutandis għall-partijiet rilevanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|