+Artikolu 23
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.

Artikolu 23

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1.
Depożitarju għandu jew ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu jew għandu jkun stabbilit fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.
Artikolu 23 2.

Id-depożitarju għandu jkun:

(a) 

bank ċentrali nazzjonali;

(b) 

istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE; jew

(c) 

entità legali oħra, awtorizzata mill-awtorità kompetenti taħt il-liġi tal-Istat Membru biex twettaq attivitajiet depożitarji taħt din id-Direttiva, li hija soġġetta għal rekwiżiti ta’ adegwatezza kapitali mhux inqas mir-rekwiżiti kkalkolati skont l-approċċ magħżul f’konformità mal-Artikolu 315 jew 317 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ) u li għandha fondi proprji ta’ mhux inqas mill-ammont tal-kapital inizjali taħt l-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2013/36/UE.

Entità ġuridika kif imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun soġġetta għal regolamentazzjoni prudenzjali, superviżjoni kontinwa u għandha tissodisfa r-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(a) 

hija għandu jkollha l-infrastruttura neċessarja biex iżżomm f’kustodja strumenti finanzjarji li jistgħu jiġu rreġistrati f’kont ta’ strumenti finanzjarji li jinfetaħ fil-kotba tad-depożitarju;

(b) 

hija għandha tistabbilixxi linji politiċi u proċeduri adegwati li jkunu suffiċjenti biex tkun żgurata l-konformità tal-entità, inklużi l-maniġers u l-impjegati tagħha, mal-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva;

(c) 

hija għandu jkollha proċeduri sodi amministrattivi u tal-kontabbiltà, mekkaniżmi interni tal-kontroll, proċeduri effettivi għall-valutazzjoni tar-riskji u arranġamenti effettivi għall-kontroll u għas-salvagwardja tas-sistemi tal-ipproċessar tat-tagħrif;

(d) 

hija għandha żżomm u topera arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi bil-ħsieb li tieħu l-passi kollha raġonevoli maħsuba biex jipprevjenu l-konflitti ta’ interess;

(e) 

hija għandha tieħu ħsieb li jinżammu reġistri tas-servizzi, l-attivitajiet u t-tranżazzjonijiet kollha mwettqa minnha, li għandhom ikunu suffiċjenti biex l-awtorità kompetenti tissodisfa l-kompiti superviżorji tagħha u twettaq l-azzjonijiet ta’ eżekuzzjoni previsti f’ din id-Direttiva;

(f) 

hija għandha tieħu passi raġonevoli biex tiżgura l-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tal-funzjonijiet depożitarji tagħha billi tuża sistemi, riżorsi u proċeduri adatti u proporzjonati inkluż biex twettaq l-attivitajiet depożitarji tagħha;

(g) 

il-membri kollha tal-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri tagħha għandhom, f’kull ħin, ikunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed, ikollhom biżżejjed konoxxenza, ħiliet u esperjenza;

(h) 

il-korp maniġerjali tagħha għandu jkollu konoxxenza, ħiliet u esperjenza kollettivi adegwati biex ikun jista’ jifhem l-attivitajiet tad-depożitarju, inklużi r-riskji ewlenin;

(i) 

kull membru tal-korp maniġerjali tagħha u tal-maniġment superjuri għandu jaġixxi b’onestà u integrità.

Artikolu 23 3.
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema mill-kategoriji ta’ istituzzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandhom ikunu eliġibbli biex ikunu depożitarji.
Artikolu 23 4.
Il-kumpaniji tal-investiment jew kumpaniji tal-maniġment li jaġixxu f’isem l-UCITS li jimmaniġġaw, li, qabel it-18 ta’ Marzu 2016, ħatru bħala depożitarju, istituzzjoni li ma tissodisfax ir-rekwiżiti mniżżlin fil-paragrafu 2, għandhom jaħtru depożitarju li jissodisfa dawk ir-rekwiżiti qabel it-18 ta’ Marzu 2018.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.