|
+Artikolu 23 2. |
Artikolu 23 2.Id-depożitarju għandu jkun:
(a)
bank ċentrali nazzjonali;
(b)
istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE; jew
(c)
entità legali oħra, awtorizzata mill-awtorità kompetenti taħt il-liġi tal-Istat Membru biex twettaq attivitajiet depożitarji taħt din id-Direttiva, li hija soġġetta għal rekwiżiti ta’ adegwatezza kapitali mhux inqas mir-rekwiżiti kkalkolati skont l-approċċ magħżul f’konformità mal-Artikolu 315 jew 317 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ) u li għandha fondi proprji ta’ mhux inqas mill-ammont tal-kapital inizjali taħt l-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2013/36/UE. Entità ġuridika kif imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun soġġetta għal regolamentazzjoni prudenzjali, superviżjoni kontinwa u għandha tissodisfa r-rekwiżiti minimi li ġejjin:
(a)
hija għandu jkollha l-infrastruttura neċessarja biex iżżomm f’kustodja strumenti finanzjarji li jistgħu jiġu rreġistrati f’kont ta’ strumenti finanzjarji li jinfetaħ fil-kotba tad-depożitarju;
(b)
hija għandha tistabbilixxi linji politiċi u proċeduri adegwati li jkunu suffiċjenti biex tkun żgurata l-konformità tal-entità, inklużi l-maniġers u l-impjegati tagħha, mal-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva;
(c)
hija għandu jkollha proċeduri sodi amministrattivi u tal-kontabbiltà, mekkaniżmi interni tal-kontroll, proċeduri effettivi għall-valutazzjoni tar-riskji u arranġamenti effettivi għall-kontroll u għas-salvagwardja tas-sistemi tal-ipproċessar tat-tagħrif;
(d)
hija għandha żżomm u topera arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi bil-ħsieb li tieħu l-passi kollha raġonevoli maħsuba biex jipprevjenu l-konflitti ta’ interess;
(e)
hija għandha tieħu ħsieb li jinżammu reġistri tas-servizzi, l-attivitajiet u t-tranżazzjonijiet kollha mwettqa minnha, li għandhom ikunu suffiċjenti biex l-awtorità kompetenti tissodisfa l-kompiti superviżorji tagħha u twettaq l-azzjonijiet ta’ eżekuzzjoni previsti f’ din id-Direttiva;
(f)
hija għandha tieħu passi raġonevoli biex tiżgura l-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tal-funzjonijiet depożitarji tagħha billi tuża sistemi, riżorsi u proċeduri adatti u proporzjonati inkluż biex twettaq l-attivitajiet depożitarji tagħha;
(g)
il-membri kollha tal-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri tagħha għandhom, f’kull ħin, ikunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed, ikollhom biżżejjed konoxxenza, ħiliet u esperjenza;
(h)
il-korp maniġerjali tagħha għandu jkollu konoxxenza, ħiliet u esperjenza kollettivi adegwati biex ikun jista’ jifhem l-attivitajiet tad-depożitarju, inklużi r-riskji ewlenin;
(i)
kull membru tal-korp maniġerjali tagħha u tal-maniġment superjuri għandu jaġixxi b’onestà u integrità. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|