|
+Artikolu 29 1. |
Artikolu 29 1.Mingħajr ħsara għal kundizzjonijiet oħrajn ta’ applikazzjoni ġenerali stabbiliti bil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-investiment ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni lil kumpanija ta’ investiment li ma tkunx ħatret kumpanija tal-maniġment sakemm il-kumpanija ta’ investiment jkollha kapital inizjali bizzejjed ta’ mill-inqas EUR 300 000 . Barra minn hekk, meta kumpanija ta’ investiment ma tkunx ħatret kumpanija tal-maniġment awtorizzata skont din id-Direttiva, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-awtorizzazzjoni ma tistax tingħata sakemm l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ma jkollhiex magħha programm ta’ operat li jistabbilixxi, talanqas, l-istruttura organizzattiva tal-kumpanija tal-maniġment;
(b)
id-diretturi tal-kumpanija ta’ investiment iridu jkunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u ta’ esperjenza biżżejjed ukoll fir-rigward tat-tip ta’ negozju mwettaq mill-kumpanija ta’ investiment u, għal dak l-għan: l-ismijiet tad-diretturi u ta’ kull persuna li tieħu posthom warajhom fil-kariga jridu jiġu kkomunikati mill-ewwel lill-awtoritajiet kompetenti; it-twettiq tan-negozju ta’ kumpanija ta’ investiment irid jiġi deċiż minn tal-anqas żewġ persuni fiżiċi li jissodisfaw tali kundizzjonijiet li jew huma impjegati full-time minn dik il-kumpanija tal-investiment jew huma membri eżekuttivi jew membri tal-korp tal-immaniġġar tal-kumpanija ta’ investiment impenjati full-time li jwettqu n-negozju ta’ dik il-kumpanija ta’ investiment, u li huma domiċiljati fl-Unjoni; u “diretturi” għandha tfisser dawk il-persuni li, skont il-liġi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, jirrappreżentaw il-kumpanija ta’ investiment, jew li effettivament jiddeterminaw il-politika tal-kumpanija.
(c)
Fejn jeżistu rabtiet mill-qrib bejn il-kumpanija ta’ investiment u persuni oħra fiżiċi jew ġuridiċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni biss jekk dawk ir-rabtiet mill-qrib ma jipprevenux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija ta’ investiment għandhom ukoll jirrifjutaw awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika waħda jew iktar li magħha l-kumpanija tal-maniġment ikollha rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-applikazzjoni tagħhom, jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija ta’ investiment għandhom jeħtieġu li kumpaniji ta’ investiment jipprovduhom bl-informazzjoni li jeħtieġu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|