+Artikolu 29
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.
|
Artikolu 29
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1.
|
Mingħajr ħsara għal kundizzjonijiet oħrajn ta’ applikazzjoni ġenerali stabbiliti bil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-investiment ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni lil kumpanija ta’ investiment li ma tkunx ħatret kumpanija tal-maniġment sakemm il-kumpanija ta’ investiment jkollha kapital inizjali bizzejjed ta’ mill-inqas EUR 300 000 .
Barra minn hekk, meta kumpanija ta’ investiment ma tkunx ħatret kumpanija tal-maniġment awtorizzata skont din id-Direttiva, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-awtorizzazzjoni ma tistax tingħata sakemm l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ma jkollhiex magħha programm ta’ operat li jistabbilixxi, talanqas, l-istruttura organizzattiva tal-kumpanija tal-maniġment;
▼M12
(b)
id-diretturi tal-kumpanija ta’ investiment iridu jkunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u ta’ esperjenza biżżejjed ukoll fir-rigward tat-tip ta’ negozju mwettaq mill-kumpanija ta’ investiment u, għal dak l-għan: l-ismijiet tad-diretturi u ta’ kull persuna li tieħu posthom warajhom fil-kariga jridu jiġu kkomunikati mill-ewwel lill-awtoritajiet kompetenti; it-twettiq tan-negozju ta’ kumpanija ta’ investiment irid jiġi deċiż minn tal-anqas żewġ persuni fiżiċi li jissodisfaw tali kundizzjonijiet li jew huma impjegati full-time minn dik il-kumpanija tal-investiment jew huma membri eżekuttivi jew membri tal-korp tal-immaniġġar tal-kumpanija ta’ investiment impenjati full-time li jwettqu n-negozju ta’ dik il-kumpanija ta’ investiment, u li huma domiċiljati fl-Unjoni; u “diretturi” għandha tfisser dawk il-persuni li, skont il-liġi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, jirrappreżentaw il-kumpanija ta’ investiment, jew li effettivament jiddeterminaw il-politika tal-kumpanija.
▼B
(c)
Fejn jeżistu rabtiet mill-qrib bejn il-kumpanija ta’ investiment u persuni oħra fiżiċi jew ġuridiċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni biss jekk dawk ir-rabtiet mill-qrib ma jipprevenux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija ta’ investiment għandhom ukoll jirrifjutaw awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika waħda jew iktar li magħha l-kumpanija tal-maniġment ikollha rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-applikazzjoni tagħhom, jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija ta’ investiment għandhom jeħtieġu li kumpaniji ta’ investiment jipprovduhom bl-informazzjoni li jeħtieġu.
|
|
Artikolu 29 2.
|
Fil-każ li l-kumpanija ta’ investiment ma tkunx ħatret kumpanija tal-maniġment, il-kumpanija ta’ investiment għandha tkun informata, fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompleta, jekk ingħatatx l-awtorizzazzjoni jew le. Għandhom jingħataw ir-raġunijiet kull meta tiġi rifjutata awtorizzazzjoni.
|
|
Artikolu 29 3.
|
Kumpanija ta’ investiment tista’ tibda negozju malli tingħata l-awtorizzazzjoni.
|
|
Artikolu 29 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija ta’ investiment jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni maħruġa lil kumpanija tal-maniġment suġġetta għal din id-Direttiva biss meta dik il-kumpanija:
(a)
ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien tnax-il xahar, tirrinunzja espressament l-awtorizzazzjoni jew tkun waqqfet l-attività koperta minn din id-Direttiva iktar minn sitt xhur qabel sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ipprovda biex f’dawn il-każijiet taqa’ l-awtorizzazzjoni;
(b)
tkun kisbet l-awtorizzazzjoni billi għamlet dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta’ kwalunkwe mezz irregolari ieħor;
(c)
ma tissodisfax aktar il-kundizzjonijiet li taħthom ingħatat l-awtorizzazzjoni;
(d)
tkun serjament u/jew sistematikament kisret id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva; jew
(e)
taqa’ taħt kwalunkwe każ meta l-liġi nazzjonali tipprovdi għal irtirar.
|
|
Artikolu 29 5.
|
Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
(a)
l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kumpannija investitriċi, inkluż il-programm ta’ operazzjonijiet; u
(b)
l-ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti taħt il-punt (c) tal-paragrafu 1.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 29 6.
|
Sabiex tiżgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għall-għoti tal-informazzjoni skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|