Għal mergers domestiċi, il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom jiddeterminaw id-data li fiha merger għandha tidħol fis-seħħ kif ukoll id-data għal kalkolu tar-ratio għall-kambju tal-unitajiet tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger f’unitajiet tal-UCITS riċeventi u, fejn applikabbli, jiddeterminaw il-valur nett relevanti tal-assi għal ħlasijiet f’kontanti.
Għal mergers transkonfinali, il-liġijiet tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS riċeventi għandhom jiddeterminaw dawk id-dati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn japplika, dawk id-dati jiġu wara l-approvazzjoni tal-merger mit-titolari tal-unitajiet tal-UCITS riċeventi jew tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger.