+Artikolu 50
---+Artikolu 50 1.
---+Artikolu 50 2.
---+Artikolu 50 3.
---+Artikolu 50 4.

Artikolu 50

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 50 1.

L-investimenti ta’ UCITS għandhom jinkludu wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus ammessi għal jew trattati f’suq regolat kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;

(b) 

titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus ttrattati f’suq regolat ieħor fi Stat Membru li jopera regolarment u li hu rikonoxxut u miftuħ għall-pubbliku;

(c) 

titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus ammessi għall-elenkar uffiċjali f’Borża f’ pajjiż terz jew ittrattati f’suq regolat ieħor f’ pajjiż terz li jopera regolarment u li hu rikonoxxut u miftuħ għall-pubbliku sakemm l-għażla tal-Borża jew tas-suq tkun ġiet approvata mill-awtoritajiet kompetenti jew tkun prevista fil-liġi jew fir-regoli tal-fond jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-kumpanija tal-investiment;

(d) 

titoli trasferibbli maħruġa riċentement, sakemm:

(i) 

it-termini tal-ħruġ inkluż l-impenn li ssir applikazzjoni għal ammissjoni fl-elenkar uffiċjali f’Borża jew għal xi suq regolat ieħor li jopera regolarment u li huwa rikonoxxut u miftuħ għall-pubbliku, basta li l-għażla tal-Borża jew tas-suq tkun ġiet approvata mill-awtoritajiet kompetenti jew tkun prevista fil-liġi jew fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment, u

(ii) 

l-ammissjoni msemmija fil-punt (i) tkun żgurata fi żmien sena mill-ħruġ;

(e) 

unitajiet ta’ UCITS awtorizzati skont din id-Direttiva jew impriżi oħrajn ta’ investiment kollettiv fis-sens tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(2), ikunux stabbiliti fi Stat Membru jew le, sakemm:

(i) 

dawn l-impriżi oħrajn ta’ investiment kollettiv huma awtorizzati taħt liġijiet li jipprovdu li huma suġġetti għal superviżjoni meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal- UCITS bħala ekwivalenti għal dik stabbilita fil-liġi Komunitarja, u li l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet hi żgurata biżżejjed,

(ii) 

il-livell ta’ protezzjoni għal titolari ta’ unitajiet fl-impriżi l-oħrajn ta’ investiment kollettiv huwa ekwivalenti għal dak previst għal titolari ta’ unitajiet f’UCITS, u b’mod partikolari li r-regoli dwar is-segregazzjoni tal-assi, is-self u bejgħ skopert ta’ titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus huma ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva,

(iii) 

il-kummerċ tal-impriżi l-oħrajn ta’ investiment kollettiv huwa rrappurtat f’rapporti kull sitt xhur u annwali sabiex tkun tista’ ssir stima tal-assi u r-responsabbiltajiet, tad-dħul u l-operazzjonijiet tul il-perjodu ta’ rappurtar, u

(iv) 

mhux aktar minn 10 % tal-assi tal-UCITS jew tal-impriżi l-oħra ta’ investiment kollettiv, li l-akkwist tagħhom huwa kontemplat, ma jista’, skont ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħhom, jiġi investigat f’aggregat f’unitajiet ta’ UCITS oħra jew impriżi oħra ta’ investiment kollettiv;

(f) 

depożiti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jitħallsu lura fuq talba jew li jkollhom id-dritt li jiġu rtirati, u li jimmaturaw f’mhux aktar minn 12-il xahar, sakemm l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru jew, jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun reġistrata f’pajiż terz, sakemm tkun suġġetta għal regoli prudenzjali meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-liġi Komunitarja;

(g) 

strumenti derivativi finanzjarji, inklużi strumenti ekwivalenti riżoluti bil-kontanti, trattati f’suq regolat imsemmi fil-punti (a), (b) u (c); jew fi strumenti derivativi finanzjarji trattati barra l-Borża (derivattivi OTC), sakemm:

(i) 

il-bażi tad-derivativ jikkonsisti fi strumenti koperti b’dan il-paragrafu, indiċi finanzjarji, rati ta’ interessi, rati jew muniti tal-kambju, li fihom il-UCITS tista’ tinvesti skont il-miri tagħha ta’ investiment kif dikjarat fir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha,

(ii) 

il-kontropartijiet għal operazzjonijiet derivattivi OTC huma istituzzjonijiet suġġetti għal superviżjoni prudenzjali, u li jappartjenu għall-kategoriji approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, u

(iii) 

id-derivattivi OTC huma suġġetti għal valutazzjoni ta’ min joqgħod fuqha u verifikabbli fuq bażi ta’ kuljum u jistgħu jinbiegħu, jiġu likwidati jew jingħalqu b’operazzjoni ta’ offset fi kwalunkwe mument fil-valur ġust tagħhom fuq l-inizjattiva tal-UCITS; jew

(h) 

strumenti tas-suq tal-flus barra minn dawk trattati f’suq regolat, li jaqgħu taħt il-punt (o) tal-Artikolu 2(1), jekk il-ħruġ jew l-emittent ta’ dawn l-istrumenti hu proprjament regolat għall-finijiet ta’ protezzjoni għall-investituri u tfaddil, sakemm ikunu:

(i) 

maħruġa jew garantiti minn awtorità ċentrali, reġjonali jew lokali jew bank ċentrali ta’ Stat Membru, il-Bank Centrali Ewropew, il-Komunità jew il-Bank Ewropew tal-Investiment, pajjiż terz jew, fil-każ ta’ Stat Federali, minn wieħed mill-membri li jagħmlu parti mill-federazzjoni, jew minn korp pubbliku internazzjonali li jappartjenu għalih Stat Membru wieħed jew iktar,

(ii) 

maħruġa minn impriża li kwalunkwe titoli tagħha huma trattati fi swieq regolati msemmija fil-punti (a), (b) jew (c),

(iii) 

maħruġa jew garantiti minn stabbiliment suġġett għal superviżjoni prudenzjali, skont il-kriterji definiti mil-liġi Komunitarja, jew minn stabbiliment li hu suġġett għal u jikkonforma mar-regoli prudenzjali meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti li huma mill-inqas stretti daqs dawk stabbiliti bil-liġi Komunitarja, jew

(iv) 

maħruġa minn korpi oħrajn li jappartjenu għall-kategoriji approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS sakemm l-investimenti f’dawn l-istrumenti huma suġġetti għal protezzjoni għall-investitur ekwivalenti għal dik stabbilita fil-punti (i), (ii) jew (iii) u sakemm l-emittent huwa kumpanija li l-kapital u r-riservi tagħha jammontaw għal mill-inqas EUR 10 000 000  u li tirrappreżenta u tippubblika l-kontijiet annwali tagħha skont ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji ( 20 ), hija entità li, fi grupp ta’ kumpaniji li jinkludi kumpanija waħda jew diversi elenkati, hija dedikata għall-finanzjament tal-grupp jew hija entità li hija dedikata għall-finanzjament ta’ mezzi ta’ trasformazzjoni f’titoli li jibbenefikaw minn linja bankarja ta’ likwidità.

Artikolu 50 2.

UCITS m’ għandhiex madankollu:

(a) 

tinvesti iktar minn 10 % tal-assi tagħha f’titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1; jew

(b) 

takkwista metalli prezzjużi jew ċertifikati li jirrappreżentawhom

Il-UCITS jistgħu jippossjedu assi likwidi anċillari.

Artikolu 50 3.
Kumpanija ta’ investiment tista’ takkwista proprjetà mobbli u immobbli li tkun essenzjali għat-twettiq dirett tan-negozju tagħha.
Artikolu 50 4.

Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati d-dispożizzjonijiet rigward il-kategoriji ta’ assi li fihom tista’ tinvesti l-UCITS f’konformità ma’ dan l-Artikolu u ma’ atti ddelegati aadottati mill-Kummissjoni li huma relatati ma’ tali dispożizzjonijiet.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.