|
+Artikolu 50 1. |
Artikolu 50 1.L-investimenti ta’ UCITS għandhom jinkludu wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a)
titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus ammessi għal jew trattati f’suq regolat kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;
(b)
titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus ttrattati f’suq regolat ieħor fi Stat Membru li jopera regolarment u li hu rikonoxxut u miftuħ għall-pubbliku;
(c)
titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus ammessi għall-elenkar uffiċjali f’Borża f’ pajjiż terz jew ittrattati f’suq regolat ieħor f’ pajjiż terz li jopera regolarment u li hu rikonoxxut u miftuħ għall-pubbliku sakemm l-għażla tal-Borża jew tas-suq tkun ġiet approvata mill-awtoritajiet kompetenti jew tkun prevista fil-liġi jew fir-regoli tal-fond jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-kumpanija tal-investiment;
(d)
titoli trasferibbli maħruġa riċentement, sakemm:
(i)
it-termini tal-ħruġ inkluż l-impenn li ssir applikazzjoni għal ammissjoni fl-elenkar uffiċjali f’Borża jew għal xi suq regolat ieħor li jopera regolarment u li huwa rikonoxxut u miftuħ għall-pubbliku, basta li l-għażla tal-Borża jew tas-suq tkun ġiet approvata mill-awtoritajiet kompetenti jew tkun prevista fil-liġi jew fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment, u
(ii)
l-ammissjoni msemmija fil-punt (i) tkun żgurata fi żmien sena mill-ħruġ;
(e)
unitajiet ta’ UCITS awtorizzati skont din id-Direttiva jew impriżi oħrajn ta’ investiment kollettiv fis-sens tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(2), ikunux stabbiliti fi Stat Membru jew le, sakemm:
(i)
dawn l-impriżi oħrajn ta’ investiment kollettiv huma awtorizzati taħt liġijiet li jipprovdu li huma suġġetti għal superviżjoni meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal- UCITS bħala ekwivalenti għal dik stabbilita fil-liġi Komunitarja, u li l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet hi żgurata biżżejjed,
(ii)
il-livell ta’ protezzjoni għal titolari ta’ unitajiet fl-impriżi l-oħrajn ta’ investiment kollettiv huwa ekwivalenti għal dak previst għal titolari ta’ unitajiet f’UCITS, u b’mod partikolari li r-regoli dwar is-segregazzjoni tal-assi, is-self u bejgħ skopert ta’ titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus huma ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva,
(iii)
il-kummerċ tal-impriżi l-oħrajn ta’ investiment kollettiv huwa rrappurtat f’rapporti kull sitt xhur u annwali sabiex tkun tista’ ssir stima tal-assi u r-responsabbiltajiet, tad-dħul u l-operazzjonijiet tul il-perjodu ta’ rappurtar, u
(iv)
mhux aktar minn 10 % tal-assi tal-UCITS jew tal-impriżi l-oħra ta’ investiment kollettiv, li l-akkwist tagħhom huwa kontemplat, ma jista’, skont ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħhom, jiġi investigat f’aggregat f’unitajiet ta’ UCITS oħra jew impriżi oħra ta’ investiment kollettiv;
(f)
depożiti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jitħallsu lura fuq talba jew li jkollhom id-dritt li jiġu rtirati, u li jimmaturaw f’mhux aktar minn 12-il xahar, sakemm l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru jew, jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun reġistrata f’pajiż terz, sakemm tkun suġġetta għal regoli prudenzjali meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-liġi Komunitarja;
(g)
strumenti derivativi finanzjarji, inklużi strumenti ekwivalenti riżoluti bil-kontanti, trattati f’suq regolat imsemmi fil-punti (a), (b) u (c); jew fi strumenti derivativi finanzjarji trattati barra l-Borża (derivattivi OTC), sakemm:
(i)
il-bażi tad-derivativ jikkonsisti fi strumenti koperti b’dan il-paragrafu, indiċi finanzjarji, rati ta’ interessi, rati jew muniti tal-kambju, li fihom il-UCITS tista’ tinvesti skont il-miri tagħha ta’ investiment kif dikjarat fir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha,
(ii)
il-kontropartijiet għal operazzjonijiet derivattivi OTC huma istituzzjonijiet suġġetti għal superviżjoni prudenzjali, u li jappartjenu għall-kategoriji approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, u
(iii)
id-derivattivi OTC huma suġġetti għal valutazzjoni ta’ min joqgħod fuqha u verifikabbli fuq bażi ta’ kuljum u jistgħu jinbiegħu, jiġu likwidati jew jingħalqu b’operazzjoni ta’ offset fi kwalunkwe mument fil-valur ġust tagħhom fuq l-inizjattiva tal-UCITS; jew
(h)
strumenti tas-suq tal-flus barra minn dawk trattati f’suq regolat, li jaqgħu taħt il-punt (o) tal-Artikolu 2(1), jekk il-ħruġ jew l-emittent ta’ dawn l-istrumenti hu proprjament regolat għall-finijiet ta’ protezzjoni għall-investituri u tfaddil, sakemm ikunu:
(i)
maħruġa jew garantiti minn awtorità ċentrali, reġjonali jew lokali jew bank ċentrali ta’ Stat Membru, il-Bank Centrali Ewropew, il-Komunità jew il-Bank Ewropew tal-Investiment, pajjiż terz jew, fil-każ ta’ Stat Federali, minn wieħed mill-membri li jagħmlu parti mill-federazzjoni, jew minn korp pubbliku internazzjonali li jappartjenu għalih Stat Membru wieħed jew iktar,
(ii)
maħruġa minn impriża li kwalunkwe titoli tagħha huma trattati fi swieq regolati msemmija fil-punti (a), (b) jew (c),
(iii)
maħruġa jew garantiti minn stabbiliment suġġett għal superviżjoni prudenzjali, skont il-kriterji definiti mil-liġi Komunitarja, jew minn stabbiliment li hu suġġett għal u jikkonforma mar-regoli prudenzjali meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti li huma mill-inqas stretti daqs dawk stabbiliti bil-liġi Komunitarja, jew
(iv)
maħruġa minn korpi oħrajn li jappartjenu għall-kategoriji approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS sakemm l-investimenti f’dawn l-istrumenti huma suġġetti għal protezzjoni għall-investitur ekwivalenti għal dik stabbilita fil-punti (i), (ii) jew (iii) u sakemm l-emittent huwa kumpanija li l-kapital u r-riservi tagħha jammontaw għal mill-inqas EUR 10 000 000 u li tirrappreżenta u tippubblika l-kontijiet annwali tagħha skont ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji ( 20 ), hija entità li, fi grupp ta’ kumpaniji li jinkludi kumpanija waħda jew diversi elenkati, hija dedikata għall-finanzjament tal-grupp jew hija entità li hija dedikata għall-finanzjament ta’ mezzi ta’ trasformazzjoni f’titoli li jibbenefikaw minn linja bankarja ta’ likwidità. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|