+Artikolu 52
---+Artikolu 52 1.
---+Artikolu 52 2.
---+Artikolu 52 3.
---+Artikolu 52 4.
---+Artikolu 52 5.

Artikolu 52

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 52 1.

UCITS m’ għandhiex tinvesti iktar minn:

(a) 

5 % tal-assi tagħha f’titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus maħruġa mill-istess korp; jew

(b) 

20 % tal-assi tagħha f’depożiti mal-istess korp.

▼M13

L-iskopertura għal riskju għal kontroparti tal-UCITS f’operazzjoni derivattiva li ma tiġix ikklerjata ċentralment permezz ta’ CCP awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f’konformità mal-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament ma għandhiex taqbeż:

▼B

(a) 

l-10 % tal-assi tagħha fejn il-kontraparti hija istituzzjoni ta’ kreditu msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 50(1); jew

(b) 

il-5 % tal-assi tagħha, f’każijiet oħra.

Artikolu 52 2.

►M13  L-Istati Membri jistgħu jgħollu l-limitu ta’ 5 % stabbilit fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, għal massimu ta’ 10 %. Madankollu, jekk jagħmlu dan, il-valur totali tat-titoli trasferibbli u l-istrumenti tas-suq monetarju miżmuma mill-UCITS fil-korpi emittenti, li f’kull wieħed minnhom tinvesti aktar minn 5 % tal-assi tagħha, ma għandux jaqbeż l-40 % tal-valur tal-assi tagħha. Dik il-limitazzjoni ma għandhiex tapplika għal depożiti jew operazzjonijiet derivattivi magħmula ma’ istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għal superviżjoni prudenzjali. ◄

Minkejja l-limiti individwali stabbiliti fil-paragrafu 1, UCITS m’għandhiex tikkumbina, fejn dan ikun iwassal għal investiment ta’ aktar minn 20 % tal-assi tagħha f’korp wieħed, l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

investimenti f’titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus maħruġa minn dak il-korp;

(b) 

depożiti magħmula ma’ dak il-korp; jew

▼M13

(c) 

esponimenti li jirriżultaw minn operazzjonijiet derivattivi magħmulin ma’ dak il-korp li ma jiġux ikklerjati ċentralment permezz ta’ CCP awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f’konformità mal-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament.

▼B

Artikolu 52 3.
L-Istati Membri jistgħu jgħollu l-limitu ta’ 5 % stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għal massimu ta’ 35 % jekk it-titoli trasferibbli jew l-istrumenti tas-suq tal-flus jinħarġu jew huma garantiti minn Stat Membru, mill-awtoritajiet lokali tiegħu, minn pajjiż terz jew minn korp pubbliku internazzjonali li jappartjeni għalih Stat Membru wieħed jew iktar.
Artikolu 52 4.

L-Istati Membri jistgħu jgħollu l-limitu ta’ 5 % stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għal massimu ta’ 25 % għal bonds inħarġu qabel it-8 ta’ Lulju 2022 u ssodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dan il-paragrafu kif applikabbli fid-data tal-ħruġ tagħhom, jew fejn bonds jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ bonds koperti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 24 ).

▼B

Fejn UCITS tinvesti iktar minn 5 % tal-assi tagħha fil-bonds imsemmija fl-ewwel subparagrafu maħruġa minn emittent wieħed, il-valur totali ta’ dawn l-investimenti ma għandux jeċċedi 80 % tal-valur tal-assi tal-UCITS.

▼M8 —————

▼B

Artikolu 52 5.

It-titoli trasferibbli u l-istrumenti ta-suq tal-flus imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-limitu ta’ 40 % msemmi fil-paragrafu 2.

Il-limiti previsti fil-paragrafi 1 sa 4 m’ għandhomx jiġu kkombinati, u għalhekk investimenti f’titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus maħruġa mill-istess korp jew f’depożiti jew strumenti derivattivi magħmula ma’ dan il-korp imwettqa skont il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx jeċċedu fit-total il-35 % tal-assi tal-UCITS.

Kumpaniji li huma inklużi fl-istess grupp għall-finijiet ta’ kontijiet konsolidati, kif definit skont id-Direttiva 83/349/KEE jew skont ir-regoli internazzjonali rikonoxxuti ta’ kontabilità, għandhom jitqiesu bħala korp singolu għall-finijiet tal-kalkolu tal-limiti li jinsabu f’dan l-Artikolu.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu investiment kumulattiv f’titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus fl-istess grupp sa limitu ta’ 20 %.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.