|
+Artikolu 56 3. |
Artikolu 56 3.Stat Membru jista’ jwarrab l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta’:
(a)
titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus maħruġa jew garantiti minn Stat Membru jew l-awtoritajiet lokali tiegħu;
(b)
titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus maħruġa jew garantiti minn pajjiż terz;
(c)
titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus maħruġa minnentita’ pubblika internazzjonali li Stat Membru wieħed jew iktar ikunu membri tagħhom;
(d)
ishma miżmuma minn UCITS fil-kapital ta’ kumpanija inkorporata f’pajjiż terz li tinvesti l-assi tagħha prinċipalment f’titoli ta’ korpi tal-ħruġ li jkollom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom f’dak il-pajjiż, fejn skont il-leġiżlazzjoni ta’ dak il-pajjiż din il-proprjetà tirrappreżenta l-uniku mezz li bih l-UCITS tkun tista’ tinvesti fit-titoli ta’ korpi tal-ħruġ ta’ dak il-pajjiż.; jew
(e)
ishma miżmuma minn kumpanija ta’ investiment jew kumpaniji ta’ investiment fil-kapital ta’ kumpaniji sussidjarji li jwettqu biss in-negozju tal-maniġment, konsultazzjoni jew tqegħid fis-suq fil-pajjiż fejn huwa stabbilit is-sussidjarju, fir-rigward tax-xiri mill-ġdid ta’ unitajiet fuq it-talba esklussiva ta’ titolari ta’ unitajiet jew f’isimhom. Id-deroga msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, madankollu, għandha tapplika biss jekk fil-politika tagħha ta’ investiment il-kumpanija mill-pajjiż terz tikkonforma mal-limiti stabbiliti fl-Artikoli 52 u 55 u fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Fejn il-limiti stabbiliti fl-Artikoli 52 u 55 ikunu maqbuża l-Artikolu 57 għandu japplika mutatis mutandis. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|