+Artikolu 56
---+Artikolu 56 1.
---+Artikolu 56 2.
---+Artikolu 56 3.
|
Artikolu 56
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 56 1.
|
Kumpanija ta’ investiment jew kumpanija tal-maniġment li taġixxi f’konnessjoni mal-fondi komuni kollha li hi timmaniġġja u li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva ma tistax takkwista ishma li jkollhom drittijiet tal-vot li kienu jawtorizzawha biex teżerċita influwenza sinifikanti fuq il-maniġment ta’ korp tal-ħruġ.
Fl-istennija ta’ iktar koordinazzjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tar-regoli eżistenti li jiddiffenixxu l-prinċipju ddikjarat fl-ewwel subparagrafu fil-liġi tal-Istati Membri l-oħrajn.
|
|
Artikolu 56 2.
|
Il-UCITS ma tistax takkwista aktar minn:
(a)
10 % tal-ishma mingħajr vot ta’ korp tal-ħruġ wieħed;
(b)
10 % tat-titoli ta’ dejn ta’ xi korp tal-ħruġ;
(c)
25 % tal-unitajiet ta’ UCITS waħda jew impriża oħra ta’ investiment kollettiv fis-sens tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(2); jew
(d)
10 % tal-istrumenti tas-suq tal-flus ta’ korp tal-ħruġ wieħed.
Il-limiti stabbiliti fil-punti (b), (c) u (d) jistgħu jiġu injorati fil-mument tal-akkwist jekk f’dak il-mument l-ammont gross tat-titoli ta’ dejn jew tal-istrumenti tas-suq tal-flus, jew l-ammont nett tat-titoli fi ħruġ, ma jistax jiġi kkalkolat.
|
|
Artikolu 56 3.
|
Stat Membru jista’ jwarrab l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta’:
(a)
titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus maħruġa jew garantiti minn Stat Membru jew l-awtoritajiet lokali tiegħu;
(b)
titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus maħruġa jew garantiti minn pajjiż terz;
(c)
titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus maħruġa minnentita’ pubblika internazzjonali li Stat Membru wieħed jew iktar ikunu membri tagħhom;
(d)
ishma miżmuma minn UCITS fil-kapital ta’ kumpanija inkorporata f’pajjiż terz li tinvesti l-assi tagħha prinċipalment f’titoli ta’ korpi tal-ħruġ li jkollom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom f’dak il-pajjiż, fejn skont il-leġiżlazzjoni ta’ dak il-pajjiż din il-proprjetà tirrappreżenta l-uniku mezz li bih l-UCITS tkun tista’ tinvesti fit-titoli ta’ korpi tal-ħruġ ta’ dak il-pajjiż.; jew
(e)
ishma miżmuma minn kumpanija ta’ investiment jew kumpaniji ta’ investiment fil-kapital ta’ kumpaniji sussidjarji li jwettqu biss in-negozju tal-maniġment, konsultazzjoni jew tqegħid fis-suq fil-pajjiż fejn huwa stabbilit is-sussidjarju, fir-rigward tax-xiri mill-ġdid ta’ unitajiet fuq it-talba esklussiva ta’ titolari ta’ unitajiet jew f’isimhom.
Id-deroga msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, madankollu, għandha tapplika biss jekk fil-politika tagħha ta’ investiment il-kumpanija mill-pajjiż terz tikkonforma mal-limiti stabbiliti fl-Artikoli 52 u 55 u fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Fejn il-limiti stabbiliti fl-Artikoli 52 u 55 ikunu maqbuża l-Artikolu 57 għandu japplika mutatis mutandis.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|