+Artikolu 58
---+Artikolu 58 1.
---+Artikolu 58 2.
---+Artikolu 58 3.
---+Artikolu 58 4.

Artikolu 58

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 58 1.
UCITS alimentatriċi hija UCITS jew kompartiment ta’ investiment tagħha li tkun ġiet approvata biex tinvesti, b’deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 1(2), mill-Artikoli 50, 52, 55 u mill-punt (c) tal-Artikolu 56(2), talanqas 85 % mill-assi tagħha f’unitajiet ta’ UCITS oħra jew f’kompartiment ta’ investiment tagħha (“il-UCITS prinċipali”).
Artikolu 58 2.

UCITS alimentatriċi tista’ żżomm sa 15 % tal-assi tagħha f’wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

assi likwidi anċillari skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 50(2);

(b) 

strumenti derivattivi finanzjarji, li jistgħu jintużaw biss għal skopijiet ta’ hedging, skont il-punt (g) tal-Artikolu 50(1) u l-Artikolu 51(2) u (3);

(c) 

proprjetà mobbli u immobbli li tkun essenzjali għat-twettiq dirett tan-negozju, jekk il-UCITS alimentatriċi hija kumpanija ta’ investiment.

Għall-finijiet tal-konformità mal-Artikolu 51(3), il-UCITS alimentatriċi għandha tikkalkula l-espożizzjoni globali tagħha relatata mal-istrumenti derivattivi finanzjarji billi tgħaqqad flimkien l-espożizzjoni diretta tagħha skont il-punt (b) tal-ewwel sunparagrafu jew ma’:

(a) 

l-espożizzjoni reali tal-UCITS prinċipali għal strumenti derivattivi finanzjarji fi proporzjon mal-investiment tal-UCITS alimentatriċi fil-UCITS prinċipali; jew ma’

(b) 

il-potenzjal massimu ta’ espożizzjoni globali tal-UCITS prinċipali għal strumenti derivattivi finanzjarji previsti fir-regoli ta’ fondi tal-UCITS prinċipali jew strumenti ta’ inkorporazzjoni proporzjonalment mal-investiment tal-UCITS alimentatriċi fil-UCITS prinċipali.

Artikolu 58 3.

UCITS prinċipali hija UCITS jew kompartiment ta’ investiment tagħha li:

(a) 

għandha talanqas UCITS alimentatriċi waħda fost it-titolari tal-unitajiet tagħha;

(b) 

mhiex UCITS alimentatriċi hi nnifisha; u

(c) 

ma għandhiex iżżomm unitajiet ta’ UCITS alimentatriċi.

Artikolu 58 4.

Għandhom japplikaw id-derogi li ġejjin għal UCITS prinċipali:

(a) 

jekk UCITS prinċipali jkollha talanqas żewġ UCITS alimentatriċi bħala titolari ta’ unità, il-punt (a) tal-Artikolu 1(2) u l-punt (b) tal-Artikolu 3 m’għandhomx japplikaw, b’hekk il-UCITS prinċipali jkollha l-għażla li żżid il-kapital minn investituri oħra;

(b) 

Jekk UCITS prinċipali ma żżidx il-kapital mingħand il-pubbliku fi Stat Membru differenti minn dak fejn tinsab stabbilita, iżda jkollha waħda jew aktar UCITS alimentatriċi f’dak l-Istat Membru, il-Kapitolu XI u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(1) ma għandhomx japplikaw.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.