|
+Artikolu 58 2. |
Artikolu 58 2.UCITS alimentatriċi tista’ żżomm sa 15 % tal-assi tagħha f’wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a)
assi likwidi anċillari skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 50(2);
(b)
strumenti derivattivi finanzjarji, li jistgħu jintużaw biss għal skopijiet ta’ hedging, skont il-punt (g) tal-Artikolu 50(1) u l-Artikolu 51(2) u (3);
(c)
proprjetà mobbli u immobbli li tkun essenzjali għat-twettiq dirett tan-negozju, jekk il-UCITS alimentatriċi hija kumpanija ta’ investiment. Għall-finijiet tal-konformità mal-Artikolu 51(3), il-UCITS alimentatriċi għandha tikkalkula l-espożizzjoni globali tagħha relatata mal-istrumenti derivattivi finanzjarji billi tgħaqqad flimkien l-espożizzjoni diretta tagħha skont il-punt (b) tal-ewwel sunparagrafu jew ma’:
(a)
l-espożizzjoni reali tal-UCITS prinċipali għal strumenti derivattivi finanzjarji fi proporzjon mal-investiment tal-UCITS alimentatriċi fil-UCITS prinċipali; jew ma’
(b)
il-potenzjal massimu ta’ espożizzjoni globali tal-UCITS prinċipali għal strumenti derivattivi finanzjarji previsti fir-regoli ta’ fondi tal-UCITS prinċipali jew strumenti ta’ inkorporazzjoni proporzjonalment mal-investiment tal-UCITS alimentatriċi fil-UCITS prinċipali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|